L-Ewwel Prim Ministru Laburista f’Malta

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=9451

Pawlu Boffa huwa biografija dwar pijunier ewlieni tal-Partit Laburista, mexxej laburista għal 21 sena, l-ewwel Prim Ministru Laburista f’Malta u politiku meqjum minn kul-ħadd, anke mill-avversarji politiċi tiegħu. Riċerkat u mikteb minn Desmond Zammit Marmara’, din pubblikazzjoni oħra tal-SKS id-Dar tal-Pubblikazzjoni tal-Partit Laburista li se tkun qiegħda toħroġ dan il-ktieb għall-festi tal-Ewwel ta’ Mejju.

Ħawlu Boffa jagħti tagħrif storiku ġdid fuq il-ħajja tat-

Tabib Pawlu Boffa. L-awtur

kellu aċċess għal dokumen-tazzjoni primarja li s’issa

nżammet maqfula f’kollez-zjonijiet privati.

Pawlu Boffa kien l-ewwel Prim Ministru Laburista ta’ Malta. Huwa mexxa lill-Partit Laburista mill-1928 sal-1949, u kien Prim Ministru bejn l-1947 u l-1950. Boffa kien il-moħħ wara ħafna miżuri ta’ fejda soċjali, fosthom il-pensjoni tax-xjuħ u l-vot lin-nisa. It-Tabib Boffa jibqa’ msemmi mhux biss għall-ħidma politika tiegħu iżda wkoll għas-servizzi tiegħu lil pajjiżu kemm fl-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-18) kif ukoll fit-Tieni Gwerra Dinjija (1939-45).

Il-ktieb jinkludi għadd kbir ta’ ritratti li kienu merfugħin f’kollezzjonijiet privati u li qed ikun ippubblikati għall-ewwel darba f’dan il-volum.

PAWLU BOFFA jinbigħ €10 mill-ħwienet tal-kotba ewlenin.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a comment