Reġgħu ċċensuraw lil Patri Mark:
minn aleander balzan

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=9452

PATRI Mark Montebello kien għal darb’ oħra ċċensurat hekk kif fl-aħħar sigħat ma tħalliex jesprimi l-fehma tiegħu dwar l-ewwel ħames snin tal-papat ta’ Benedittu XVI.

It-TORĊA talbet l-opinjoni ta’ Patri Mark Montebello dwar l–ewwel ħames snin ta’ Benedittu XVI fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika.

Il-kumment ta’ Patri Mark kien se jkun inklużi mal-kummenti ta’ opinjonisti u reliġjużi oħra li qiegħdin jidhru fis-suppliment li qed ikun ippubblikat fil-parti ta’ ġewwa tal-gazzetta.

Meta kkuntattjat, Patri Mark spjega, kif hu jkun dispost li jagħti l-fehmiet tiegħu dwar din it-tema iżda spjega kif għal dan ried l-approvazzjoni tas-superjuri tiegħu.

Infurmana li kien se jkun qiegħed jikteb il-kumment u jibagħtu lis-“superjuri” tiegħu.

Ftit tas-sigħat wara konna nfurmati minn Patri Mark li l-kumment li kiteb għat-TORĊA ma kienx approvat mis-superjuri tiegħu u b’hekk ma setax ikun ippubblikat.

Eventwalment konna infurmati wkoll li anke l-artiklu regolari ta’ Patri Mark fit-TORĊA kien iċċensurat.

Jirriżulta li l-artiklu li kellu jitratta dwar il-kwistjoni tal-parowl ukoll ma kienx approvat mis-superjuri tiegħu fl-Ordni Dumnikana.

Dwar iż-żjara tal-Papa, Patri Mark, ma tħalliex jipparteċipa lanqas fuq il-programm ‘Inkontri’ li xxandar fuq One Television nhar it-Tlieta.

Dan mhux l-ewwel każ fejn qiegħed isir tentattiv biex Patri Mark Montebello jkun imsikket.

Iktar kmieni dan ix-xahar Montebello kellu jitla` Ruma hekk kif kien imsejjaħ mill-Kap tal-Ordni Dumnikana f’Ruma.

Kienu l-ogħla awtoritajiet ekleżjastiċi li kitbu lill-Majjistru tal-Ordni tad-Dumnikani, Carlos Alfonso Azpiroz Costa, biex jinvestiga l-atteġġjament ta’ patri Mark.

Wara li din il-gazzetta żvelat l-aħbar għadd ta’ persuni ffirmaw petizzjoni favur Patri Mark.

Jirriżulta li eventwalment ma ttieħdu l-ebda passi fil-konfront ta’ Patri Mark u li l-laqgħa f’Ruma kienet waħda mingħajr argumenti u mingħajr ebda sanzjonijiet.

Minkejja dan, lura Malta, Patri Mark Montebello reġa’ kien iffiaċċjat biċ-ċensura.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s