Rigal mir-Rabtin lill-Papa

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=9444

Bit-toroq imżejnin bil-pavaljuni ħomor li jintramaw għall-festi ta’ Corpus Domini u San Pawl, flimkien mal-ark li ntrama fil-passat biex minn taħtu jgħaddu personalitajiet magħrufa fosthom il-Papa Ġwanni Pawlu II, ir-Rabtin taw merħba tajba lill-Papa Benedittu XVI.

Fiż-żjara tiegħu fir-Rabat, ir-Rabtin ħassew li għandhom jagħtu tifkira lill-Papa Benedittu XVI, tifkira li saret apposta għal din l-okkażjoni.

Dan hu l-ktieb ‘Pauline Malta’ miktub minn Dun Ġwann Azzopardi u l-istudjuż Ġermaniż Thomas Freller. Il-ktieb fih artikli mill-aktar interessanti fuq il-kult Pawlin f’Malta u fih ukoll materjal li qed ikun pubblikat għall-ewwel darba.

Kopja tal-ktieb li ġiet preżentata lid-delegazzjoni tal-Papa Benedittu XVI, ġiet imfaħħra ħafna għall-preżentazzjoni tagħha. Fuq il-qoxra tal-ktieb hemm il-pittura li wieħed isib fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl xogħol Stiefnu Erardi, li turi n-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.

Il-ktieb meqjus bħala ‘souvenir mill-isbaħ tal-okkażjoni taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta’, ingħata lill-Papa waqt li dan niżel u talab għal ftit mumenti fil-grotta ta’ San Pawl. Il-ktieb juri biċ-ċar kif il-kult Pawlin fostna hu parti mill-identità ta’ pajjiżna.

Dun Ġwann Azzopardi spjega lit-Torċa li “l-istudjuż Thomas Freller jaf il-lingwa Ġermaniża antika. Hu kien milqut sew mill-fatt li f’pajjiżna ġie San Pawl.

Meta kienet ġejja s-Sena Pawlina ġiet żviluppata l-idea li jibda jsir dan il-ktieb. Freller, kiteb għadd ta’ artikli fuq San Pawl u l-kult Pawlin f’Malta f’diversi rivisti awtorevoli barranin.”

Bżonn ta’ għajnuna

Imma biex wieħed jagħmel ktieb għal dan li anke jitpoġġa f’kaxxa hemm bżonn li jkun sponsorjat.

Dun Ġwann Azzopardi, bla tlaqlieq jgħid li “grazzi għal Fondazzjoni Patri Martin immexxija mit-tabib Joe Ferriġġi, daħlu għall-proġett tal-finanzjament tal-ktieb. Ħadna ħsieb li l-qoxra tal-ktieb tkun rappreżentanttiva tan-nawfraġju f’Malta. Għażilna parti mill-kwadru titulari li fih jidhru tlett personaġġi, San Pawl, San Luqa u ċ-Ċenturjun.

“Tistaqsini iċ-ċenturjun x’għandu x’jaqsam?. Dak salva lil Pawlu għax ma riedx li joqtlu l-priġunieri meta inqala’ is-saram, u għalhekk bid-deċiżjoni tiegħu salva l-Pawlu”.

Il-ktieb hu mqassam f’erba’ sezzjonijiet: l-ewwel parti hi dik dwar ir-rabta bejn il-fejqan mill-velenu tas-sriep u l-qaddisin. It-tieni sezzjoni hi dwar in-nawfraġju ta’ San Pawl u kif kien trattat fiż-żmien medjevali.

It-tielet sezzjoni tal-ktieb hi mill-aktar importanti għax titratta l-kavallieri ta’ San Ġwann u l-importanza kbira li dawn bdew jagħtu lill-grotta ta’ San Pawl u l-miġja ta’ San Pawl f’Malta. Kien fi żmien il-kavallieri li l-kult Pawlin ġie organizzat. Ir-raba’ sezzjoni titratta dik kif il-kult Pawlin sawwar parti mill-identità ta’ Malta.

Fil-jiem li ġejjin dan il-ktieb interessanti u mill-aktar informattiv, se jkun għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s