Il-Forum Mare Nostrum

IL-LETTERATURA U R-RIVOLUZZJONI FIL-FORUM MARE NOSTRUM
Il-Ħamis, 11 ta’ April 2013
Fil-Grand Hotel Excelsior, il-Furjana, 8.30am-3.30pm

Awturi magħrufa, akkademiċi u operaturi kulturali mill-Ewropa u l-Mediterran se jkunu fostna għall-Forum Mare Nostrum li jiġi organizzat  kull sentejn mill-European Writers’ Council (EWC). Il-Forum se jsir fil-Grand Hotel Excelsior nhar il-Ħamis, 11 ta’ April 2013 u qed jitħejja mill-Akkademja tal-Malti li tirrappreżenta lil Malta fl-EWC.

Is-VII edizzjoni tal-Forum hija miftuħa għall-pubbliku ġenerali u tibda fit-8.30am u tagħlaq fit-3.30pm.

It-tema magħżula għal dan il-Forum hi “Discourse/Disorder” – ir-rakkonti ta’ ġrajjiet rivoluzzjonarji u taqlib soċjali fil-Mediterran u l-Ewropa. Parti importanti minn dan il-Forum se tkun sessjoni li fiha r-rumanziera magħrufa Eġizzjani-Ingliża Ahdaf Soueif se taqra  mill-ktieb Cairo: my City, our Revolution u wara jkun hemm diskussjoni mal-udjenza.

Fost il-kelliema u preżentaturi oħra magħrufa nsibu lil Kenza Sefrioui (Franza-Marokk), Adel Bishtawi (Palestina-Ingilterra), Karsten Xuereb (Malta), Simone Inguanez (Malta), Clare Vassallo (Malta), Cécile Oumhani (Franza), Walid Nabhan (Malta), Albert Gatt (Malta), Marco Galea (Malta), Stephanos Stephanides (Ċipru), Haim Bresheeth (Ingilterra), Yosefa Loshitzky (Ingilterra) u r-rumanziera Suzanne Joinson (Ingilterra).

Waqt ieħor importanti ta’ dan il-Forum se jkun il-wiri ta’ siltiet mid-dokumentarju London is Burning mill-Prof. Haim Bresheeth, li jgħallem fl-iskola magħrufa tal-Istudji Orjentali u Afrikani fl-Università ta’ Londra (SOAS). Prof. Yosefa Loshitzky, li wkoll tgħallem fl-iSOAS, se titħaddet dwar “Popular Cinema as Popular Resistance: Avatar in the Palestinian (Imagi)nation”.

Dr Marco Galea jiftaħ l-ewwel sessjoni plenarja tal-Forum bit-tema “Discourse/Disorder” u l-Prof. Stephanos Stephanides, poeta u akkademiku tal-Università Ċiprijotta, jitkellem dwar “The Disorder of Discourse”. Warajh titkellem ir-rumanziera u operatur kulturali Suzanne Joinson dwar “The Medina and the Architecture of Light: bridging the stories of East and West, a writer’s perspective.”

Fil-11.45am ikun hemm diskussjoni minn panel dwar “Translation Disorder” immexxija minn Dr Clare Vassallo li fiha se jieħdu sehem il-kittieb Ingliż-Palestinjan Adel Bishtawi, il-lingwista u traduttur letterarju Dr Albert Gatt, u l-kittieb Malti-Palestinjan Walid Nabhan. It-tieni panel jibda fis-2.30pm u se jiddiskuti t-tema “Righting the Mediterranean”. Dan se jitmexxa minn Dr Simone Inguanez u fih se jieħdu sehem Dr Karsten Xuereb, espert dwar ir-relazzjonijiet kulturali bejn l-Ewropa u l-Mediterran, il-poeta u rumanziera Franċiża,il-Prof. Cécile Oumhani, u l-operatur kulturali Franċiża-Marokkina Kenza Sefrioui.

Fis-7.00pm wara l-Forum se jkun hemm laqgħa pubblika ma’ Ahdaf Soueif li fiha se tkun intervistata mill-Prof. Stella Borg Barthet dwar l-attivitajiet u x-xogħlijiet letterarji tagħha. Din l-attività se ssir fil-Valletta Campus, l-Aula Magna (l-Università l-Qadima) li tinsab fi Triq San Pawl, il-Belt. L-attività qed issir taħt il-patroċinju tal-Akkademja tal-Malti u d-Dipartiment tal-Malti tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u hi miftuħa wkoll għall-pubbliku.

Il-Forum Mare Nostrum tal-European Writers’ Council qed jiltaqa’ hawn Malta bis-saħħa tal-Akkademja tal-Malti u bil-għajnuna tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-EWC, l-Ambaxxata Franċiża ta’ Malta, ir-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, il-British Council, Bloomsbury, Marsovin u l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Dawk l-istudenti universitarji, akkademiċi, kittieba u membri mill-pubbliku ġenerali li jixtiequ jattendu l-forum għandhom jiktbu lis-Sur Carmel Azzopardi, il-President tal-Akkademja tal-Malti f’dan l-indirizz elettroniku: caraz546@hotmail.com.

 Il-ħlas tar-reġistrazzjoni għall-forum (€30) jinkludi l-kafè u l-ikla ta’ nofsinhar.

 Aktar tagħrif jista’ jinkiseb minn:

http://www.facebook.com/events/167767623376227/

Ahdaf Soueif evening reading and interview here:
http://www.facebook.com/events/155207001308870/

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s