Fiera Nazzjonali tal-Ktieb 2010

Il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, din is-sena, se ssir fis-sala ewlenija ta’ Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, bejn l-10 u l-14 ta’ Novembru, 2010. Il-Fiera hi oragnizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartiment tal-Libreriji u ilha ssir mis-sebgħinijiet tas-seklu għoxrin. Il-Fiera l-lum saret parti importanti mill-kalendarju kulturali Malti u qed iżuruha ’il fuq minn 18,000 ruħ kull sena.

Matul il-Fiera, jiġu organizzati diversi attivitajiet bl-għan li jiċċelebraw il-ktieb. Il-programm se jkun kif ġej:

L-Erbgħa 10 ta’ Novembru
19.30 Bronk iniedu l-ktieb ta’ Staqsi lir-Riħ ta’ Salv Sammut

Il-Ħamis 11 ta’ Novembru
19.15 Horizons iniedu r-rumanz Il-Lejl tal-Irġulija ta’ Sergio Grech.

Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru
19.30 Merlin Library Ltd iniedu l-ktieb Penumbra ta’ Trevor Żahra

Is-Sibt 13 ta’ Novembru
10. 00 SKS jippreżentaw il-ktieb 90 sena kisbiet – l-istorja tal-Partit Laburista ta’ Mario Cutajar
16.30 Librerija Preca tippreżenta numru ta’ pubblikazzjonijiet tagħha.
20.00 Merlin Library Ltd jippreżentaw Tset-sik

Id-dħul għall-fiera hu mingħajr ħlas. L-attivitajiet ukoll hu mingħajr ħlas.

Il-Fiera se tiftaħ kif ġej:

L-Erbgħa 10 ta’ Novembru: Mid-9.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mill-5.00 p.m. sad-9.00 p.m.
Il-Ħamis 11 ta’ Novembru Mid-9.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mill-5.00 p.m. sad-9.00 p.m.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru Mid-9.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mill-5.00 p.m. sal-0.00 p.m.
Is-Sibt 13 ta’ Novembru Mid-9.00 a.m. san-12.30 p.m. u mill-4.00 p.m. sal-10.00 p.m. Il-Ħadd, il-Fiera tiftaħ il-jum kollu, mingħajr għeluq.

Min hu interessat jista’ wkoll jakkwista l-katalgu li fost l-oħrajn fih kontribuzzjonijiet interessanti minn Charles Casha, Sergio Grech, Olvin Vella, William Zammit u Trevor Żahra.

Għal dawk li jaqtgħu qalbhom li jimxu sa Dar il-Mediterran, hemm it-trasport provdut, bi ħlas, mill-venda ta’ Bieb il-Belt.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s