Konferenza Qari qabel l-Irqad

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistiednek tattendi għall-konferenza ta’ jum dwar il-Qari qabel l-Irqad (Bed Time Reading) nhar is-Sibt 23 ta’ Ottubru, 2010 fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana.

Il-konferenza se tkun indirizzata minn bosta kelliema minn diversi oqsma u għandha l-għan li tinforza l-importanza ta’ dan is-suġġett. Il-Kunsill min-naħa tiegħu, permezz tal-Konferenza se jkun qed iniedi programm ta’ attivitajiet mifrux fuq tliet snin fejn jidħol il-qari qabel l-irqad.

Il-progranm tal-konferenza hu kif ġej:

9.00 – 9.30 – Reġistrazzjoni tal-parteċipanti

9.30 – 9.45 – Introduzzjoni

9.45 – 11.00 – Interventi minn Prof Carmel Borg, Dr Chris Gruppetta, Dr Grace Grima, is-Sur Joe Mizzi, Prof Valerie Solers u s-Sur Trevor Żahra.

11.00 – 11.30 – Waqfa għall-kafè

11.30 – 12.45 – Ikomplu l-interventi

12.45 – 14.00 – Ikel

14.00 – 15.30 – Concurrent Buzz Groups

15.30-16.30 – Sezzjoni Plenarja u Konklużjoni

Il-Konferenza hi miftuħa għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-qari u jixtiequ jippropogaw din il-kultura sabiħa.

Dawk interessati li jieħdu sehem huma mitluba jimlew il-formola li tinkiseb mill-indirizz elettroniku info@ktieb.org.mt u għandha tintbgħat flimkien ma’ ħlas ta’ € 10. Ċekkijiet għandhom jinkitbu fuq il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-prezz tal-ikel se jkun issussidjat. Mill-istess indirizz wieħed jista’ jikseb iktar tagħrif kif ukoll il-programm sħiħ tal-konferenza.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s