Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem lil Isabelle Borg

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq isellem lill-artista Isabelle Borg li għadha kemm ħallietna. Mingħajr l-iċken dubju, Borg tat sehem imponenti fil-qasam tal-arti Maltija. Kienet ukoll persuna li għenet lil ħafna japrezzaw l-arti, mhux l-inqas il-ħafna studenti tagħha li jiftakru l-entużjażmu li bih kienet titkellem fuq is-suġġett li kien ħajjitha.

Borg mhux biss kellha f’demmha s-sengħa ta’ artista ddedikata għall-arti, imma l-istess għerf tagħha fil-qasam ittraduċietu f’numru ta’ studji, kapitli, u pubblikazzjonijiet li dehru kemm f’Malta kif ukoll barra. Fost il-kontributi ewlenin tagħha ta’ min isemmi The Maritime Ex-voto – a culture of thanksgiving in Malta (Heritage Books, 2004) u kapitli bħal “The Iconography of Evil in Maltese Art” li deher f’Powers of Good and Evil: Social Transformation and Popular Belief editjat minn Paul Clough u Jon P. Mitchell (Berghahn Books 2001, New York) u “Definitive Images: the Role of Women in Malta seen through the People’s Art” li deher f’Woman in Maltese Art c1600 -1995 editjat minn Dennis Vella (Ministry for Social Development, 1996).

Il-mewt ħasdet kontributriċi ewlenija lis-soċjetà Maltija, imma l-kotba u l-kwadri tagħha se jibqgħu dokument ħaj tal-impenn tagħha. Ħafna se jiftakru l-karattru ferrieħi tagħha, u l-imħabba kbira li kellha għall-arti. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jgħaddi l-kondaljanzi lill-familjari tagħha u jistieden lill-poplu Malti biex jiskopri l-ġmiel ta’ ħidmietha.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem lil Isabelle Borg

  1. Thanks for honouring Isabelle with this post. I was her student at Junior College where she used to attend with a paint stained blue jeans, curly long hair and a noticeable speaking accent!

    The colours found in her paintings testify her joyful and agitated way she look at life in general.

    Regards,

    Hilary

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s