Minn Ġabra ta’ Novelli għal Fuq il-Palk

Bejn id-29 u l-31 ta’ Ottubru li ġej, il-kumpanija teatrali Unifaun se tippreżenta d-dramm Ritratti Sepja Daħk mill-Passat ta’ Trevor Żahra; xogħol li oriġinarjament kien ktieb. Sepja se jittella fit-teatru Sir Temi Żammit fl-Università ta’ Malta. Għal din l-okkażjoni, ħadna ftit battuti mingħand l-awtur dwar dan l-addattament.
Din mhix l-ewwel darba li Trevor Żahra adatta kitba tiegħu għall-palk, imma għal din id-darba jolqtok il-fatt li ma ġiex adattat rumanz, bħal fil-każ ta’ Is-Surmast, imma ġabra ta’ novelli, li allura mhux bilfors għandek kontinwita bejniethom. L-awtur ikkummenta li din kienet l-akbar sfida fil-każ ta’ Sepja peress li n-novelli jduru madwar l-istess karattri, jiġifieri il-familja tan-narratur: nannietu, zijietu, eċċ … imma kull novella hija rokkont sħiħ li jieqaf fuq saqajh. L-awtur sostna li “ħafna drabi hemm qabża ta’ żmien u ta’ spazju, bejn novella u oħra. Għalhekk l-ewwel m’għamilt kien li għażilt biss dawk in-novelli li stajt b’xi mod norbothom flimkien, kemm f’dik li hija tematika kif ukoll kronoloġija. Imbagħad daħħalt il-karattru tal-“awtur” (li se jkun interpretat minn John Suda), li bħala r-rakkontatur se jgħaqqad ġrajja ma’ oħra.”

F’sitwazzjoni bħal din, żgur li l-awtur jiġi f’dilemma ewlenija. Kemm se jibqa’ fidil lejn in-novelli oriġinali? Ma stajtx ma nistaqsix lill-awtur: “Ġietek it-tentazzjoni li tesplora possibbiltajiet oħrajn?”

Zahra wieġeb li mhux biss hija tentazzjoni, imma wkoll neċessità li tibdel għax “meta xogħol letterarju jibdel il-medium, jiġifieri minn test miktub jgħaddi għall-palk, ikun jeħtieġ li jsiru diversi bidliet. Fid-dramm daħħalt xeni sħaħ li jinstabux fil-ktieb, iżda li joffru ħafna teatralità u (u komiċità) li se jgħinu ħafna fl-iżvilupp tar-rakkont. Il-mużika, u drabi oħra anki ż-żfin, se jkollhom sehem importanti ġmielu. Ta’ min insemmi wkoll, li l-atturi se jinterpretaw diversi karattri. Din toffri sfida oħra kemm għall-atturi kif ukoll għall-udjenza, iżda kapaċi ukoll żżid ħafna sfumaturi interessanti.”

Sadanittant, f’Novembru li ġej, matul il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, Trevor żahra se jippubblika ġabra ġdida ta’ novelli għall-kbar, bl-isem ta’ Penumbra. Mistoqsi għaliex għażel dan l-isem sostna li mar għal din l-għażla “għax ħafna mir-rakkonti tiegħi donnhom qed iseħħu bejn ħajta dlam u oħra dawl. Xi wħud minn dawn il-kitbiet kont diġà “ttestjajthom” mal-pubbliku f’diversi serati ta’ qari li tellajt.

Min jaf … forsi n-novelli ta’ Penumbra għad xi darba jisibu ruħhom ukoll fuq il-palk!

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s