Favur it-Tagħlim Intelliġenti u li Jirrispetta l-Istudent

Merlin Library Ltd għadhom kemm varaw il-proġett .MT. Din hija sensiela ta’ kotba bl-għan li tipprovdi tagħlim alternattiv lill-istudenti tal-Malti fil-fażi tal-edukazzjoni sekondarja tagħhom. Hija sistema li tirribella kontra t-tagħlim staġnat u qed tistieden lill-istudent biex ikun iktar kurjuż fil-proċess tat-tagħlim. Għax it-tagħlim, ma jiġix biss mill-għalliem.

Għalkemm, is-sensiela ssib ukoll post għall-eżerċizzji formali, l-għan primarju hu biex iħarreġ lill-istudenti biex jaħsbu b’mod kritiku fuq dak li jaqraw, jiddiskutu, jagħtu l-opinjonijiet tagħhom u fuq kollox biex it-tagħlim ikun esperjenza ta’ divertiment. Niżbaljaw jekk naħsbu li t-tagħlim u d-divertiment huma separati minn xulxin.

Kull taqsima fil-ktieb titlaq minn storja li għandha l-għan li tipprovoka r-riflessjoni u d-diskussjoni. L-innovazzjoni tal-proġett hi li kull student se jżomm portfolju bil-kitbiet tiegħu, poeżiji, u xogħol ieħor li jkun wettaq matul il-vjaġġ ta’ tagħlim. Dan għandu l-vantaġġ li jagħti stima lill-istudent. Dan il-kunċett jaqta’ l-krudeltà tal-pitazzi kollha sinjali ħomor li jenfassizaw in-negattiv iktar milli l-pożittiv. Sitwazzjoni li llum mhux aċċettabli ikrah.

L-editriċi tas-sensiela Clare Azzopardi, li isimha l-lum, sar sinonimu ma’ dan il-ġeneru ta’ ktieb, għamlet l-almu kollha biex twassal stili differenti ta’ stejjer li nkitbu mill-kittieba ewlenin tal-Merlin Library Ltd bħal Trevor Żahra, Pierre J. Mejlak, Loranne Vella u Simon Bartolo. Daħħlet ukoll l-idea tat-test maqlub minn lingwa barranija u marret ukoll għall-tipi iktar miftuħa ta’ kitba bħar-riklamar u rappurtaġġ f’ġurnali.

Il-ktieb hu mibni fuq disa’ taqsimiet li jindirizzaw il-ħiliet bażiċi tal-lingwa u barra minn hekk kull taqsima qed tindirizza wkoll tema kulturali, punt ortografiku, grammatikali jew punteġġatura.

Aspetti interessanti huma l-podcasts. L-istudent se jkollu l-opportunità li jidħol f’websajt u minn hemm jisma’ stejjer jew intervisti. Lili, l-awtriċi, minħabba l-programmi radjufoniċi tiegħi, talbitni nintervista lil Trevor Żahra dwar il-proċess kreattiv tal-kitba tiegħu u lil Guido Lanfranco dwar il-festi Maltin u l-iżvilupp tagħhom. L-atturi li ħadu sehem fil-qari tal-istejjer kienu Rachel Portelli u Charles Sammut. Dan hu żvilupp importanti fil-qasam tat-tagħlim. Għax wara kollox it-teknoloġija mhux qiegħda hemm kif naħsbu biex taħlilna l-ħin imma tista’ tgħinna immens f’li nwettqu u t-tagħlim jiżbalja jekk jastjeni milli jużaha.

Mal-ktieb ewlieni, hemm ktieb għall-eżerċizzji li nħadem minn Sharon Micallef Cain.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to Favur it-Tagħlim Intelliġenti u li Jirrispetta l-Istudent

  1. maria ebejer says:

    X’jisimhom dawn il-kotba ta’ Claire Azzopardi?

  2. ktieb says:

    1.mt

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s