Qed nistenniek nieżla max-xita
Serata Letterarja

L-Akkademja tal-Malti flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Qala se torganizza serata ddedikata għax-xogħlijiet ta’ Pierre Mejlak fi Ġnien il-Familja, il-Qala, fit-3 ta’ Settembru 2010, fis-7.30pm..
L-awtur min-Nadur, li għad għandu 28 sena, huwa magħruf sew fost min iħobb jaqra bil-Malti. Mejlak iħaddem idjoma tajba, naturali, u jitkellem b’xejra friska fuq suġġetti ġodda. Rebaħ ukoll għadd ta’ premjijiet għax-xogħlijiet letterarji tiegħu. Ir-rumanz tiegħu Riħ Isfel (2007) inqaleb f’sensiela televiżiva u se jidher fuq NET Television f’Ottubru li ġej. Is-sena l-oħra Pierre ippubblika wkoll ktieb bin-novelli għall-kbar, Qed nistenniek nieżla max-xita, li ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-kritiċi u l-qarrejja.

Minbarra intervista ma’ Mejlak minn Dr Marco Galea (lettur tal-Istudji Teatrali fl-Università), f’din is-serata se jinqraw ukoll żewġ novelli tal-awtur. Wara l-attività, il-membri tal-Akkademja jmorru jieklu l-Qala stess.
Il-membri tal-Akkademja, huma mħeġġa jattendu. Jekk tixtieq tattendi għal din is-serata, ikteb lill-Akkademja info@akkademjatalmalti.com

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s