Edizzjoni Speċjali għal Ġużè Gatt

L-Akkademja tal-Malti u l-Klabb Kotba Maltin tebgħu edizzjoni ġdida ta’ Il-Malti li fih xogħlijiet magħżula ta’ Ġużè Gatt: figura interessanti li ħadmet ħafna fil-kamp tal-Istorja Maltija. Dan hu pass importanti fl-istorja tal-pubblikazzjonijiet tal-Akkademja għax hekk qed jitfakkar personalità li ħafna inġustament insewh jew agħar minn hekk ma jafux. Jispikka wkoll il-fatt li dwar Gatt għalkemm kien prolifiku ftit li xejn inkiteb dwaru.

L-awtur imsemmi jissemma minn Ġwann Mamo fir-rumanz tiegħu. Toni Cortis kien minn tal-bidu li wera ħafna entużjażmu biex Gatt jingħata l-ġieħ li ħaqqu. Fl-2002, Cortis kien ippubblika ġabra tal-artikli ta’ Gatt dwar l-istampa f’Malta li kienu ħarġu f’ Il-Malti bejn l-1945 u l-1951.

Gatt beda jikteb għall-ewwel darba f’In-Naħla tal-famuż Agostino Levanzin li wkoll stinka kemm felaħ favur l-edukazzjoni u l-maturità tal-poplu Malti li dik il-ħabta kien taħt il-kolonjalista Ingliż. Il-bravura ta’ Gatt tidher filfatt li xogħlijiet tiegħu dehru f’rivisti Taljani u nqraw ukoll mill-BBC. L-istudjuż Ġużè Cassar Pullicino kien iddeskrivieh bħala espert tal-Melitensia.

Interessa ruħu f’diversi suġġetti mill-istorja tal-istampar sat-Teatru Manoel. Mill-flus sa Mattew Callus li hu sab li fil-verità jismu Ġużeppi. Kien Gatt li għadda bosta materjal lil Ninu Cremona dwar Mikiel Anton Vassalli. Hu interessanti kif jikkumentaw il-kompilaturi ta’ dan ix-xogħol – Toni Cortis, Reno Fenech, Olvin Vella u William Zammit – il-kitbiet ta’ Gatt “fil-parti l-kbira tagħhom kienu kontribuzzjonijiet oriġinali u li baqgħu għal bosta snin – xi wħud minnhom saħansitra sal-lum – fost l-aqwa jekk mhux l-uniċi studji serji fuq dak is-suġġett partikulari.

F’ din il-ħarġa ta’ Il-Malti, ġiet mogħtija wkoll lista ta’ xogħlijiet ta’ Gatt imxerrda f’diversi bnadi għalkemm l-bord editorjali qed javża li din mhix sħiħa għax l-awtur seta’ ħadem fuq xogħlijiet oħrajn u dehru f’postijiet oħra.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s