STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

L-AKKADEMJA TAL-MALTI SSELLEM LILL-PRESIDENT EMERITUS
PROF. GUIDO DE MARCO

L-Akkademja tal-Malti tingħaqad mal-poplu Malti fin-niket u s-sogħba għat-telfa tal-President Emeritus Prof. Guido De Marco li kien imsieħeb magħha bħala Membru Onorarju.

L-Akkademja tal-Malti tagħraf lill-Prof. Guido De Marco bħala wieħed mill-aqwa statisti li qatt ra pajjiżna, bniedem mill-aktar ġentlom u ġeneruż, ħabib kbir tal-poplu Malti u Għawdxi kollu – politiku kbir li ħabb ilsien art twelidu.

Il-Prof. Guido De Marco, li bħala student Universitarju ħadem mill-qrib mal-Prof. Ġużè Aquilina, jibqa’ magħruf bħala l-arkitett ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea – fejn illum il-Malti huwa wieħed mill-ilsna uffiċjali.

L-Akkademja tal-Malti, filwaqt li ssellem it-tifkira għażiża ta’ dan l-istatista u viżjonarju straordinarju, tixtieq taqsam in-niket u s-solidarjetà tagħha mal-familja De Marco, il-qraba u l-ħbieb tagħhom flimkien mal-bqija tal-poplu Malti.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s