Raħal Ġdid għandu l-Istorja Tiegħu

Din is-sena, il-parroċċa ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid qed tiċċelebra l-mitt sena mit-twaqqif tagħha. Is-sena li għaddiet biex jiġi mfakkar dan l-anniversarju importanti fl-istorja tal-lokal, il-Kunsill Pastorali Parrokjali ta’ Raħal Ġdid ippubblika l-ktieb Raħal Ġdid 5000 Sena ta’ Storja, 100 Sena Parroċċa miktub minn Alfred Ellul Galea. Il-ktieb jifrex fuq 5000 sena ta’ storja.

Wieħed ma jistax ma japprezzax il-ħidma ta’ diversi parroċċi, każini tal-baned, kunsilli lokali u għaqdiet oħrajn li qed iħossu l-bżonn li jiċċelebraw l-lokalità jew l-għaqda tagħhom billi jippubblikaw il-ġrajjiet tagħhom fi ktieb.

Ħafna jafu jaraw l-istorja lokali jew l-istorja ta’ xi banda bħala suġġett periferali, jekk mhux inutli u aktarx kitba bombastika nieqsa mill-analiżi oġġettiva tal-istorja. Imma jekk ir-riżultat ikun kotba miktuba minn nies serji li jafu x’inhuma jagħmlu u jaħdmu bid-dixxiplina li titlob din it-tip ta’ kitba, allura l-kwadru jinbidel sew u jiġġustifika pubblikazzjonijiet bħal dawn. Jista’ jkun li fil-passat l-istorja lokali kienet tfisser parrokjaliżmu esaġerat u rivalità. Bla dubju, xogħol Ellul Galea mhux minn dawn tal-aħħar.

Ellul Galea jeħodna fuq vjaġġ interessanti li japprezza l-wirt storiku ta’ dan il-casal imwaqqaf mill-Gran Mastru Franċiż Antoine De Paule. Il-post oriġinarjament kien jintuża mill-Gran Mastru għall-kaċċa. It-tentazzjoni għal dawk li bħali jgħixu fin-naħa t’isfel ta’ Malta tkun li tara biss l-aspett kumerċjali ta’ dan il-post u t-traffiku li jinġemgħa u tinsa l-fatt li biss biss Raħal Ġdid għandu żewġ tempji preistoriċi importanti fin-nisġa ta’ ġrajjiet artna u l-Mediterran: l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u t-Tempji ta’ Kordin III.

Id-dimensjoni reliġjuża f’dan il-ktieb tingħata l-importanza li jixriqilha u hawnhekk l-awtur jispjega kif l-ewwel patruna ta’ Raħal Ġdid kienet Santa Ubaldeska li l-ewwel ġebla tal-knisja tagħha tpoġġiet fl-1630. Ta’ min josserva li l-qaddisa kellha wkoll konnessjoni mal-Ordni ta’ San Ġwann u l-Gran Mastru kien devot tagħha.

Numru ta’ taqsimiet jiddiskutu l-bini tal-knisja ta’ Kristu Re – li mhux minn dejjem kien iddedikata għalih. Bla dubju din il-knisja kienet opra importanti fil-karriera tal-Perit Ġużè Damato li ħadem fuq diversi proġetti oħra f’pajjiżna b’konnessjoni reliġjuża. Il-pjanta tiegħu għal Raħal Ġdid jispikka fiha d-daqs massiv tal-knisja.

Ftit jafu li Damato ma kellux il-warrant ta’ perit u l-proġetti tiegħu kien ikollu bżonn ta’ perit propja biex jidħol għalihom. Ellul Galea jispojega li Damato sabha diffiċli għall-bidu biex isib perit li jiffirmalu l-pjanti; aktarx minħabba l-kobor enormi tal-proġett. Daħal għall-isfida, il-perit Filippu Tortell. Kien hemm min, fost l-oħrajn, tefa’ dubju kemm din il-knisja setgħet iżomm fuq il-kolonni tal-ferroknkrit. Mill-istess knisja toħroġ il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li għandna traduzzjoni antiki.

Ellul Galea jidħol ukoll fl-aspett soċjali ta’ Raħal Ġdid u jikteb fost l-oħrajn dwar il-popolazzjoni kif kibret fuq is-sekli, l-impenn tal-għaqdiet soċjali għall-lokal, l-iskejjel, il-baned u elementi oħrajn li jimla l-palk ta’ Raħal Ġdid.

L-awtur ħaddem diversi għejun biex ikun jista’ jiffinalizza dan il-proġett li bla dubju jimla vojt interessanti mhxu biss gġall-Pawlisti imma għall-Maltin kollha. Qabel dan ix-xogħol ma kien hemm xejn tanġibbli għajr numru ta’ artikli mxerdin ‘l hawn u ‘l hinn.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s