Għall-Ġieħ Agius de Soldanis

Is-27 edizzjoni tal-Journal of Maltese Studies, editjat minn Olvin Vella u ppubblikat mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta u Midsea Books huwa ddedikat lill-ħabrieki Giovanni Pietro Francesco Agius de Soldanis. De Soldanis jista’ jitqies bħala erudit Għawdxi li interessa ruħu fl-istudju ta’ diversi oqsma kulturali Maltin fosthom l-ilsien-omm li hu kien jemmen li ġej mill-Puniku; teorija li l-istudjużi ilhom li skartaw għal kollox.

Il-profil tiegħu kien wieħed għoli. Kien għaref li jħobb l-istudju tant li kif jinnota Francis Ciappara, espert dwar il-perjodu tal-Barokk, huwa inkluż fil-prestiġġjuż Dizionario Biografico degli Italiani. L-Inkwiżitur Salviati kien iddeskrivieh bħala bniedem b’talenti kbar. De Soldanis studja l-Liġi fl-Università ta’ Padova. Fost il-pubblikazzjonijiet tiegħu nsibu grammatika għal-lingwa Maltija u l-famuż Il Gozo antico-moderno tal-1647 li l-istudjuż Ġużè Cassar Pullicino jqabblu mad-Descrizzione di Malta ta’ Ġan Franġisk Abela; missier l-istorjografija Maltija.

Huwa żamm korrispondenza ma’ studjużi prominenti ta’ żmienu. Kellu ħakma tajba tal-ilsien Taljan. Dan juri biċ-ċar li ma kienx bniedem insulari. Fl-1763, ingħata l-kariga prestiġġjuża ta’ Librar tal-Librerija Nazzjonali. Bosta huma familjari mad-Djalogi tiegħu li jitfgħu dawl fuq kif kienu jgħixu l-Maltin ta’ dari. Ħabb il-kotba u huma mlew dinjietu. Sa kien jislifhom lil sħabu li bħalu ħabbew l-istudju. Apprezza u kiteb wkoll dwar id-djaletti. Ħadem alfabett għall-Malti fuq il-mudell Latin b’sittax u għoxrin karattru.

Il-Journal of Maltese Studies ilaqqa’ flimkien diversi studjużi u janalizzaw ħidmet dan il-persunaġġ Malti. Itgħellu għad-dawk ukoll, materjal ġdid dwaru. Hawnhekk qed tkun ippubblikata preżentazzjoni li Ġużè Cassar Pullicino għamel ftit tas-snin ilu dwaru fejn ukoll ippreżenta materjal ġdid u kabbar il-bijografija ta’ De Soldanis. Din it-taħdita kienet ġiet mitbugħa mis-Soċjetà Storika Maltija u li hawnhekk qed jiżdiedu xi annotamenti magħha. Il-kontribut ta’ Frans Ciappara, li kien ġie ippreżentat ukoll f’taħdita pubblika janalizza l-kontribut tiegħu u jikkonkludi li De Soldanis jappartjeni għall-perjodu tal-Illumiżmu Bikri.

F’din il-pubblikazzjoni Alan Blondy qed jippubblika ittra li de Soldanis kiteb f’April 1753 u li nkisbet minn irkant fl-Isvizzera. De Soldanis kien qed jikteb lill-awtur Taljan Antonio Francesco Vettori u irringrazzjah ta’ ktieb li kien bagħtlu. Mill-ġdid, dan jikkonferma li De Soldanis kien aġġornat sew ma’ dak li qed iseħħ fil-kamp tal-poubblikazzjoni internazzjonali. Carmen Depasquale tiddiskuti ittra li De Soldansi bagħat lill-Kavallier Turgot u li hi merfugħa fil-Bilbjoteka Nazzjonali Franċiża. William Zammit janalizza l-manuskritt Notizie sopra l’Origine, ed Avvanzi della Biblioteca della S.R. Gerosolimitana, eretta in Malta al 1761, ed aperta al 1766.

Il-Journal joffri bibliografija dwar De Soldanis mibdija minn Cassar Pullicino u kompluta minn Karmenu Bonavia.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s