Kelmtejn ta’ Sergio Grech waqt it-Tnedija tal-ktieb Battuti għall-Inżul ix-Xemx

Poeżijaplus tilqa’ bil-ferħ din it-tnedija tal-lejla u ma setgħetx ma tagħtix l-appoġġ tagħha.

Irrid nifraħ lis-Sur Kenneth Mizzi li daħal għall-proġett bħal dan meta mhux wieħed jew tnejn f’pajjiżna qatgħu qalbhom mill-pubblikazzjoni tal-poeżija. Dan mhux ghax ma hawnx poeti tajbin imma minħabba li s-suq tagħna hu limitat u żgħir.

Dan il-proġett jikber fl-importanza tiegħu meta jekk nieħdu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bħala metrika tinnota li l-ammont ta’ pubblikaturi li qed jippubblikaw il-poeżija f’dawn l-aħħar ħames snin kien dejjem baxx u dejjem qed jonqos. Ħafna drabi għandek issib ktieb wieħed jew saħansitra xejn.

Irrid nifraħ lil Kennth Mizzi li f’ħames snin iddiversifika lil din il-kumpanija żgħira imma ħabbrieka li tatna DVD’s dwar imkejjen u personiltajiet storiċi, letteratura għat-tfal u għall-adulti.

Jalla dan il-proġett isib il-barka ta’ ħafna, biex b’hekk ikollna iktar poeżija ppubblikata.

Lil Kenneth nawguralu għall-proġetti futuri tiegħu. Jalla jkunu kkaraterizzti bl-entużjażmu tipiku tiegħu tas-soltu.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s