It-Tieni Edizzjoni tal-Konkors Rumanzi Żgħażagħ

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, nieda t-tieni edizzjoni tal-konkors ta’ “Letteratura għaż-Żgħażagħ” bil-għan li tiżdied il-varjetà ta’ kitba bil-Malti għaż-żgħażagħ adoloxxenti.

F’konferenza tal-aħbarijiet li taw iż-żewġ naħat, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, qal li dan il-proġett se jkompli jagħti opportunità biex fuq medda ta’ snin tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ adoloxxenti (12-17-il sena). Minħabba s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, fejn 28 konkorrent issottomettew it-testi tagħhom, il-gvern qed iżid l-investiment f’dan il-proġett għal €11,000.

Clyde Puli qal li l-awturi qed ikunu mistiedna li jissottomettu l-manuskritti tagħhom sal-10 ta’ Novembru 2010 biex la darba, jagħlaq iż-żmien tas-sottomissjonijiet il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, jaħtar ġurija esperta biex tiġġudika l-aħjar xogħolijiet. Il-ġurija esperta ser tagħżel żewġ testi rebbieħa bl-iskop li tippublikahom. Il-kittieba rebbieħa se jieħdu €1,000 u trofew kommemorattiv kull wieħed.

Bl-għan li dan il-konkors iħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ kittieba żgħażagħ, se jerġa jingħata il-premju speċjali lil dak l-awtur żagħżugħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena, li jkollu l-aħjar biċċa xogħol ta’ kitba. Dan il-premju jikkonsisti f’ € 500 u l-possibilità li jiltaqa’ ma’ pubblikaturi li jgħinuh biex itejjeb il-kitba tiegħu għall-futur.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Dr. Ġorġ Mallia, spjega kif l-awturi parteċipanti għandhom jiktbu manuskritti bil-Malti ta’ bejn 20,000 u 25,000 kelma skont ir-regolamenti stabbiliti.

Dr. Mallia ħabbar li ż-żewġ pubblikaturi tat-testi rebbieħa tal-ewwel edizzjoni huma Merlin Library u Klabb Kotba Maltin. Kliem ir-Riħ ta’ Simon Bartolo se jinħadem mill-Klabb Kotba Maltin waqt li Merlin Library Ltd se jagħmlu Inżul ix-Xemx ta’ Rita Saliba.

Il-konkors hu miftuħ għal kulħadd imma min jikteb għandu jikteb għall-età żagħżugħa ta’ bejn it-12 u 17-il sena.

Il-konkors huwa miftuħ għaċ-ċittadini Maltin. Ix-xogħol irid ikun bil-Malti. Ix-xogħol irid ikun xogħol oriġinali u mhux ġie ppubblikat sħiħ jew partijiet minnu. Il-manuskritt m’għandux ikun inqas minn 20,000 kelma u m’għandux jaqbeż il-25,000 kelma. Il-manuskritt għandu jingħata nome de plume u mhux l-isem tal-awtur. F’invilopp separat u ssiġillat, l-awtur jagħti dawn id-dettalji: isem, indirizz, numru talmowbajl, numru tat-telefon u indirizz elettroniku. Għandu jkun hemm ukoll dikjarazzjoni li dan hu xogħol oriġinali, li qatt ma ġie ppubblikat qabel jew xi partijiet minnu u li qatt ma tah lil xi pubblikatur.

It-testi rebbieħa se jkunu tnejn. Iż-żewġ rebbieħa jitqiesu fi grad indaqs u ma jkunx hemm l-ewwel u t-tieni premju, imma premju wieħed kull rebbieħ/a ndaqs.

Jekk il-livell mixtieq ma jintlaħaqx, l-organizzaturi jirriservaw id-dritt li l-premju ma jingħatax.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s