Diskors ta’ Sergio Grech waqt it-tnedija tal-Kotba Ħdejn il-Baħar

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni ghadu mandat specifiku biex joħloq opportunitajiet favur il-ktieb u l-qari.

Kull sajf l-Kunsill jorganizza l-kampanja Hu Ktieb Mieghek Hdejn il-Bahar. Din is-sena bl-appogg tal-Onor De Marco u l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu, li kienu shab eccellenti f’din l-inizjattiva, qed nimxu pass ‘il quddiem.

L-idea hi li jkollna libreriji zghar f’xatt il-bahar. Il-hsieb ahhari hu biex nippromovu l-importanza tal-qari fi stagun tradizzjonalment marbut mar-rilassament. M’ghandniex xi nghidu l-qari ghandu jkun is-sena kollha.

Din l-avventura trid tibghat messagg importanti li l-qari hu gost u divertiment daqs kemm il-bahar u d-divertiment jimxi id f’id. Dan il-progett irid jishaq li l-qari qieghed hemm ghall kull settur tas-socjeta’. Irridu nisseparaw l-idea mill-mentalita li l-qari jghodd biss ghal min hu akkademiku jew studja f’xi universita’. Il-qari qieghed hemm ghal kulhadd.

L-idea se timxi bl-iktar mod facli. Min hu interessat jista’ jissellef il-ktieb ghal ftit hin meta jkun fuq ix-xatt jew jiehdu mieghu u jgibu fid-darba ta’ wara. Hadna hsieb li jkollna kotba ghat-tfal u ghall-kbar ukoll. Irridu nwasslu messagg iehor hawnhekk: l-importanza li l-qari jibda minn kmieni u jkun parti mid-dinja tat-tfal daqs kemm il-loghob teknologiku l-lum hu parti minn hajjithom. M’ghandniex xi nghidu, il-qari m’ghandux ikun ipprezentat bhala kastig mat-tfal u parti mill-istudju obbligatorju. Din l-esperjenza bla dubju jistghu jgawdu lminnha -genituri u t-tfal u ghandek ezercizzju perfett biex itejjeb ir-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Mod kif tippromovi l-bed time reading ghax wara kollox l-idea tista’ tahdimha f’liema hin tal-gurnata trid.

Naghlaq billi nirringrazzja lill-Onor Mario de Marco li tana appogg qawwi, lill-haddiema tal-MTA li laqghuna b’idejhom miftuhin. Issa sta ghall-pubbliku biex jahtaf din l-opportunita.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s