Premju Francis Ebejer

Jitħabbru r-Riżultati tal-Kategorija A

http://www.maltaculture.com/content.aspx?id=214340

Il-Premju Francis Ebejer għandu l-għan iħeaġġeaġ il-ħolqien ta’ skripts oriġinali bil-Malti, li jimirħu ’l hinn mill-konfini preżenti tax-xena lokali tat-teatru. Il-Kunsill Malti tal-Kultura u l- Arti jemmen li għandu jingħata għarfien u tiġi ppremjata l-ħidma, kemm tal-kittieba f’qagħda jtellgħu ix-xogħlijiet tagħhom kif ukoll ta’ kittieba ġodda. Il-KMKA ħaseb biex jissokta jtejjeb u jkattar dawn l-inizjattivi. Bħalissa qed issir reviżjoni tal-Premju, u hemm pjanijiet għal inizjattivi oħra li jgħinu biex it-teatru Malti jissokta jiżviluppa.

Il-ġurija tal-Kategorija A (Skripts) għall-edizzjoni 2009/2010 kienet magħmula minn Dr Marco Galea, is-Sur Albert Marshall u Dr Alfred Sant.

Ir-Riżultati tal-Kategorija A tal-Premju f’Ġieħ Francis Ebejer 2009/2010:

Kategorija A1
L-Ewwel Premju | L-għanja taċ-Ċinju – Nom de Plume: Aubade
It-Tieni Premju | Xbiehat ta’ xi wħud li huma kattoliëi – Nom de Plume: Erasmus

Kategorija A2
It-Tieni Premju | Il-Miskin – Nom de Plume: Xandru ta’ Rożi

Kategorija A3
It-Tieni Premju | Il-Ħajja Fantastika, Doppja ta’ Alistair – Nom de Plume: Nobel Narud

Il-ġurija osservat li, barra mir-rebbieħa, kien hemm għadd ta’ drammi li kellhom potenzjal. Biss, jonqoshom jiġu rfinati biex ikunu jistgħu jittellgħu.
Ħafna mill-kittieba kienu influwenzati mill-kultura tal-midja awdjoviż iva, u jidher li huma nieqsa mill-għarfien u l-kultura tat-teatru. Il-ġurija nnutat li l-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet ittrattaw temi drammatiċi tipiċi esposti fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televixin. Barra minn hekk, fil-Kategoriji A2 u A3 ngħata t-tieni premju biss, għax il-ġurija ħasset li l-livell mistenni għall-ewwel premju ma ntlaħaqx. Il-ġurija tippreżenta r-rapport sħiħ fiċ-ċerimonja.

L-għoti tal-premijiet se jsir nhar is-Sibt 2 ta’ Ottubru 2010. Fiċ-ċerimonja jitħabbru l-ismijiet tar-rebbieħa u ssir il-premjazzjoni tal-Kategorija A u tal-Kategorija B. Dakinhar jitħabbar il- format il-ġdid tal-Premju Francis Ebejer.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s