Ir-Rumanija tħares lilhinn mill-Orizzont

Fattur importanti fil-ħajja kulturali tar-Rumanija hu l-Istitut Kulturali Rumen li bħala entità ilu jeżisti sa mill-2003. Wieħed mill-għanijiet tal-Istitut huwa biex iwassal il-kultura Rumena f’qafas internazzjonali. L-organizazzjoni teżisti f’sittax-il belt madwar id-dinja fosthom Kiev, Ruma, Stokkolma, Venezja u New York.

L-attivitajiet tal-Istituti jiġu kkoordinati miċ-ċentru ta’ Bukarest. L-Istitut Kulturali Rumen jeżisti grazzi għall-fondi li jagħtih il-gvern u r-riżorsi li kapaċi jġib mill-privat. Fl-2007, l-Istitut ħoloq iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Ktieb bil-mandat importanti li jippromovi l-letteratura Rumena u dan jagħmlu fost l-oħrajn permezz tat-traduzzjoni, sehem regolari fil-fieri internazzjonali tal-kotba u avvenimenti kulturali internazzjonali.

Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-programm magħruf bħala TPS li jassigura li l-aħjar xogħlijiet letterarji u umanistiċi Rumeni jinqalbu f’ilsna oħra. Li hu interessanti f’dan il-programm hu li pubblikatur mhux Rumen biss jista’ japplika biex ikun ikkunsidrat għall-għotjiet; basta jaħdem fuq testi ta’ awturi Rumeni. Il-programm jidħol għal xogħlijiet li jiswew sa massimu ta’ 17-il elf ewro.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s