Tislima lil Toni Caruana

Iktar kmieni din il-ġimgħa, tħabbret il-mewt ta’ Toni Caruana; kittieb tal-poeżiji li qatt ma kellu pretensjonijiet u qatt ma ħadem biex jinkurunawh bir-rand. Toni ta sehmu għal numru ta’ snin fl-Għaqda Letterarja Maltija. Niftakru jibgħat l-istqarrijiet għall-istampa, ixandar, u fuq kollox iħabrek biex din l-għaqda ssib ċentru għaliha; ħolma li baqgħet ma seħħet qatt. Biss biss illum l-għaqda xoljiet. Niftakru jdur il-Belt u jinnota l-binjiet vojta jittama li d-Dipartiment tal-Artijiet ikun f’qagħda li jgħin.

Wara l-laqgħat tal-kumitat tal-Għaqda Letterarja Maltija kont nogħxa nisimgħu jitkellem fuq il-letteratura u l-awturi barranin li kien iħobb jaqra li ħafna minnhom kienu xi darba jew oħra waqgħu taħt l-imqass tal-kbarat. Niftakru jiġi jaqra Poeżijaplus b’dik l-umiltà tipika tiegħu. Xogħlijiet tiegħu dehru f’diversi antoloġiji tal-għaqdiet letterarji lokali. Il-poeżiji tiegħu qatt ma baxxew rashom għal dak li hu ma kienx lest li jaċċetta. Fih kien hemm ċerta dedikazzjoni.

Insellimlek Ton. Se nibqa’ ngħożż, għal dejjem, dawk il-passiġġati qosra wara l-laqgħat tal-kumitat mill-Istitut Kattoliku sa Putirjal. Bi kliemek, u bla ma taf, għallimtni ħafna, ħabib. Il-mistrieħ mistħoqq lilek!

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s