Statistika dwar il-Qarrej Latvjan

Il-Latvja għandha popolazzjoni ta’ iktar minn żewġ miljuni. Skont stħarriġ tal-2005, ir-rata tal-illiteriżmu hija ta’ 0.2 fil-mija. Sa Marzu 2008, fil-Latvja kien hemm mal-250 ħanut tal-kotba. Skont riċerka tas-sena 2007, f’dan il-pajjiż hemm kważi erba’ mitt pubblikatur. Kull sena jiġi pubblikati mat-3000 ktieb ġdid. Il-pajjiż għandu iktar minn elfejn librerija. Ċifri tal-2006 juru li l-poplu ssellef iktar minn 30 miljun ktieb. Il-poplu tal-Latvja, skont ir-riċerka Cultural Consumption in Latvia, hu l-iktar poplu li jaqra fl-Unjoni Ewropea. Tlieta fil-mija tal-popolazzjoni qalu li jixtru l-kotba mill-internet.

31 fil-mija tan-nies li rrispondew qalu li jaqraw ktieb kull xahar. Instab li rrbgħa fil-mija jaqraw ktieb fil-ġimgħa. Il-popolazzjoni ta’ bejn il-45 u l-54 sena hija l-iktar qarrejja klubija. L-iktar ġeneru ppubblikat huwa l-letteratura. Fi Frar, f’Riga ssir il-Fiera tal-Ktieb. L-ikbar pubblikatur hu l-Zvaigzne ABC. Il-pubblikaturi bejniethom jorganizzaw il-premju għall-isbħa ktieb tas-sena. Il-Latvja għandha Ċentru għal-Letteratura u l-Kunsill għal-Letteratura għat-Tfal u l-Adolexxenti. Il-pajjiż għandu wkoll dar għall-kittieba fejn jistgħu jiktbu u jesprimu lilhom infushom.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s