Ktieb ġdid dwar il-Bażilika tal-Madonna ta’ Pinu

9 ta’ Ġunju, 2010 10:21 CET
http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Ktieb+%26%23289%3Bdid+dwar+il%2DBa%26%23380%3Bilika+tal%2DMadonna+ta%27+Pinu&t=a&aid=99821135&cid=53

Fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-inkurunazzjoni tal-pittura tal-Madonna ta’ Pinu fl-20 ta’ Ġunju tal-1935 mill-Kardinal Alessio Enrico Maria Lepicier, Ta’ Pinu Publications għadhom kif ippubblikaw il-ktieb ġdid ‘A Temple to Our Lady, Ta’ Pinu Basilica’.

B’aktar minn 300 ritratt, din il-pubblikazzjoni ta’ kważi 200 paġna li taqa’ taħt il-kategorija ta’ coffee-table books, tesponi l-ġmiel arkitettoniku ta’ dan is-santwarju dedikat lill-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex. Il-ktieb jiġbor fih ix-xogħlijiet artistiċi mill-isbaħ li bihom huwa mogħni dan it-tempju waqt li jinkludi wkoll ritratti ex-voto mill-arkivji li juru l-knisja fi stadju ta’ kostruzzjoni. Fih ukoll kalendarju annwali tal-avvenimenti li jsiru fis-Santwarju.

Il-ktieb għandu narrazzjoni ta’ Fr Charles Cini, Sależjan ta’ Don Bosco, li kien fuq inizjativa tiegħu li ħarġet din il-pubblikazzjoni mill-isbaħ. Sew il-fotografija kif ukoll id-disinn kollu ta’ din il-pubblikazzjoni ġdida hija tal-fotografu magħruf Għawdxi Daniel Cilia.

Il-ktieb ser jkun għall-bejgħ mit-22 ta’ Ġunju li ġej – jum il-festa tal-Madonna ta’ Pinu – u jista’ jinkiseb sew mis-Santwarju stess kif ukoll mill-website tal-bażilika, fl-indirizz elettroniku http://www.tapinu.org Għalkemm ser jinbiegħ bil-prezz ta’ 50 ewro, min jordna l-ktieb minn qabel din id-data jista’ jakkwistah għall-prezz ridott ta’ 35 ewro. Id-dħul kollu minn dan il-ktieb ser jmur għall-manutenzjoni tas-Santwarju dedikat lill-Madonna ta’ Pinu.

Ma’ kull kopja tal-ktieb qed jingħata wkoll poster tal-inkwadru titulari tal-Madonna ta’ Pinu stampat fuq karta apposta. Il-ktieb għandu daħla tal-Isqof t’Għawdex Monsinjur Mario Grech, li jiddeskrivi lis-Santwarju bħala xempju tad-devozzjoni awtentika Marjana li teżisti fil-gżejjer Maltin.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s