Welsh jikkummenta b’mod esklussiv ma’ Illum dwar il-ċensura tal-ktieb Porno
http://www.illum.com.mt/2010/05/30/t5.html

F’kummenti esklussivi li ta lil Illum, l-awtur Skoċċiż Irvine Welsh ħareġ qatta’ bla qabel kontra l-każ ta’ ċensura tal-ktieb tiegħu Porno fil-librerja tal-Università ta’ Malta.
Fl-istess waqt Welsh ħabbar ukoll li qed jikkunsidra jressaq kawża kontra l-Università ta’ Malta fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar iċ-ċensura ta’ dan il-ktieb.
Waqt dibattitu dwar iċ-ċensura li kien sar fl-Università ta’ Malta fis-27 ta’ April li għadda Ingram Bondin kien żvela li kotba bħal Porno u bijografija tal-Markiż de Sade kienet qed tinżamm f’żona ristetta tal-Librerija tal-Università ta’ Malta “imsakkra biċ-ċavetta”.
“Insib din id-deċiżjoni stramba għall-aħħar,” ilmenta Welsh.
“Din hi Univerisità ta’ veru, post ta’ diskussjoni u dibattitu, jew hi soċjetà ta’ żmien il-Medju Evu li għadha temmen li d-dinja hi ċatta,?” staqsa.
Mistoqsi jekk jaċċettax l-argument tal-awtoritajiet Universitarji li l-ktieb tiegħu kien pornografiku, Welsh kien daqstant kritiku.
“Jekk l-għan tal-pornografija hu biss tqanqil sesswali, mela allura dan ifisser li jekk hu loġikament pornografija, allura xi ħadd li jieħu d-deċiżjoni dwar dan il-ktieb fl-Università kien imqanqal minnu.
“Jiena qatt ma tqanqalt sesswalment waqt li ktibtu. Għalhekk ma nistax nara kif xi ħadd jista’ jitqanqal billi sempliċiment jaqrah,” saħaq.
Fisser kif il-ktieb huwa “storja qasira fejn il-pornografija hi esplorata bħala waħda mill-ikbar ossessjonijiet tal-bniedem ta’ kull żmien, u r-relazzjonijiet simbijotiċi mal-ekonomiija moħbija u pubblika tal-kapitaliżmu tal-konsum.”
Mistoqsi dwar jekk il-Librerija tal-Università ta’ Malta kinitx infurmatu dwar din id-deċiżjoni, u jekk iva, id-data meta, Welsh żvela li huwa qatt ma kien infurmat biha.
“Din hi l-ewwel darba li smajt biha,” stqarr Welsh.
Walsh fisser kif hu ma pprotesta ma’ ħadd ieħor f’Malta jew fir-Renju Unit dwar iċ-ċensura tal-ktieb fl-Università.
Madankollu, mistoqsi dwar jekk kellux xi pjani biex iressaq il-każ tiegħu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Welsh żvela kif din kienet “xi ħaġa li ċertament se nikkunsidra li nagħmel.”
Mistoqsi jekk kienx hemm ċirkostanzi oħra fejn kotba oħra jew plays tiegħu kienu ċensurati f’pajjiżi oħra, Walsh stqarr li fil-passat huwa kellu “problemi fil-Greċja u r-Russja, l-aktar bil-kotba Filth u Porno.
Madanakollu Walsh ma xtaqx jidħol f’aktar dettalji. “Ma nistax inkun aktar speċifiku għaliex ma nħobbx noqgħod naħli ħin fuq affarijet bħala dawn,” stqarr.
Fl-aħħarnett, mistoqsi għall-ġudizzju tiegħu dwar il-prattika f’Malta tad-libertajiet artistiċi, Welsh stqarr: “Malta hi pajjiż sabiħ, u n-nies jixirqlihom il-libertà li jaqraw u jiktbu dak li ż-**** jixtiequ,” saħaq l-awtur.
Il-kotba huma “oġġetti li jistgħu jkunu attakkati malajr għax huma aktar faċli li wieħed iżommhom minn kwalukwe mezz ieħor, għalkemm dan qed jinbidel għaliex qed isiru dejjem aktar f’forma diġitali.
“X’inhu ħażin, li studenti u kittieba f’Malta jkollhom libertajiet artistiċi daqs, ngħidu aħna, Ċipru u Korsika?” temm jgħid.
Sadanittant, il-każ taċ-ċensura tal-ktieb ta’ Welsh kien saħansitra rappuratat fil-ħarġa tal-gazzetta Skoċċìża Scotland on Sunday ta’ ġimagħtejn ilu.
Ikkuntattjata dwar dan il-każ l-Università ta’ Malta sostniet li f’dan l-istadju mhux se twieġeb għall-mistoqsijiet tagħna.

L-artiklu ta’ Scotland On Sunday ħmistax ilu:
http://news.scotsman.com/entertainment/Irvine-Welsh-in-new-censorship.6297739.jp

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s