Poeżijaplus u l-Klabb Kotba Maltin nidew il-Fondazzjoni Poeżija

It-Tnejn 31 ta’ Mejju, 2010, fis-19.30, fil-Bitħa tat-Teatru Manoel, il-Belt Valletta, il-grupp Poeżijaplus u l-Klabb Kotba Maltin nidew il-Fondazzjoni Poeżija. Il-Fondazzjoni se taħdem biex toħloq klima favur il-poeżija f’Malta u se tuża kull mezz li jkollha disponibbli għaliha biex ixxerred l-imħabba lejn il-poeżija.

Il-Fondazzjoni bis-saħħa tal-flus li se joħorġu l-imseħbin, tintrabat li jiġu ppubblikati tal-inqas żewġ kotba tal-poeżija fis-sena. Il-kotba se jingħataw disinn u stil wieħed fil-forma ta’ kullana mill-Klabb Kotba Maltin. Kull ktieb ma jeċċedix l-64 faċċata. Awtur jew awtriċi jista’ jkollu inqas faċċati imma mhux iktar minn 64. It-tiratura tal-kotba se tiddependi min-numru ta’ mseħbin. Hemm il-ħsieb li jsiru ammont ta’ kotba żejda biex jinbiegħu lill-pubbliku. Il-prezz tal-kopji mibjugħa lill-pubbliku għandu jinżamm baxx kemm jista’ jkun biex ngħinu ċ-ċirkolazzjoni tal-poeżija f’Malta. Kull qligħ jerġa’ jkun investit fil-fondazzjoni. Se jkun hemm mekkaniżmu biex jingħażel ix-xogħol li se jkun ippubblikat.

Aħna nemmnu li dan il-pass hu vitali biex nirbħu l-bruda li għandna llum fis-settur tal-poeżija u għalhekk qed nistiednuk tissieħeb billi kull sena tħallas € 20. Il-ħlas jagħtik id-dritt li tkun ikkunsidrat biex ix-xogħol letterarju tiegħek ikun ippubblikat u biex kull sena tiġbor iż-żewġ kopji tiegħek. Anki jekk ma tiktibx nistiednuk tissieħeb u f’dak il-każ ikollok dritt għall-kotba. Ċekkijiet għandhom jinkitbu fuq il-Fondazzjoni Poeżija.

Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn sergiogrech@yahoo.com.

Napprezzaw l-appoġġ tiegħek f’ġieħ din l-inizjativa.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s