Poeżijaplus u l-Klabb Kotba Maltin jistednuk għat-tnedija tal-Fondazzjoni

It-Tnejn 31 ta’ Mejju, 2010, fis-19.30, fil-Bitħa tat-Teatru Manoel, il-Belt Valletta, il-grupp Poeżijaplus u l-Klabb Kotba Maltin se jniedu l-Fondazzjoni Poeżija. Il-Fondazzjoni se taħdem biex toħloq klima favur il-poeżija f’Malta. Dan beħsiebha tagħmlu b’ diversi intervisti fil-medja, artikli fl-istampa u l-internet. Il-Fondazzjoni se tuża kull mezz ieħor li jkollha disponibbli għaliha biex ixxerred l-imħabba lejn il-poeżija.

Il-Fondazzjoni bis-saħħa tal-flus li se joħroġu l-imsebħin tintrabat li jiġu ppubblikati tal-inqas żewġ kotba tal-poeżija fis-sena. Il-kotba se jingħataw disinn u stil wieħed fil-forma ta’ kullana. Kull ktieb ma jeċċedix is-64 faċċata. Awtur jew awtriċi jista’ jkollu inqas faċċati imma mhux iktar minn 64. It-tiratura tal-kotba ser tiddependi min-numru ta’ msebħin. Hemm il-ħsieb li jsiru ammont ta’ kotba żejda biex jinbiegħu għall-pubbliku. Il-prezz tal-kopji mibjugħa lill-pubbliku għandu jinżamm baxx kemm jista’ jkun biex ngħinu ċ-ċirkolazzjoni tal-poeżija f’Malta.

Il-Klabb Kotba Maltin qed jintrabat li jippubblika t-test u se jippubblika mill-inqas żewġ kotba fis-sena tal-poeżija sakemm il-ġurija ma tiddeċiedix li mill-manuskritti mibgħuta il-livell ma jkunx intalħaq. Il-Klabb Kotba Maltin jieħu fuq spalltu d-disinn tal-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni.

L-imsebħin ikollhom dritt li jaraw il-kotba u kif il-flus qed jintużaw. Kull sena jkun hemm laqgħa ġenerali fejn jingħata rendikont sħiħ ta’ kif intefqu l-flus u d-direzzjoni li ser tieħu l-fondazzjoni. Kull membru għandu dritt li l-Fondazzjoni toħroġ ktieb tiegħu ta’ l-inqas darba kull ħames snin dejjem jekk bord maħtur apposta jagħżel il-kitbiet tiegħu.

Iktar tagħrif se jingħata waqt is-serata tat-Tnejn u fil-ġimgħat li ġejjin fl-istampa. L-għan aħħari taż-żewġ entitajiet huwa biex il-poeżija f’pajjiżna timxi ’il quddiem.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s