Twieġeb l-akkademja tal-Malti
minn L-Akkademja tal-Malti

http://www.it-torca.com:80/news.asp?newsitemid=9685

• Fit-TORĊA tat-23 ta’ Mejju 2010, is-Sur Rodrigu Bovingdon, li qiegħed jikteb mill-Awstralja, fetaħ il-kanuni kontra s-Sur Sergio Grech u attakkah personalment.

Il-kawża ta’ dan l-attakk kienet ittra informattiva u nieqsa mill-insulti ta’ Sergio Grech li fiha wieġeb, f’isem l-Akkademja, għal ittra oħra tas-Sur Rodrigu Bovingdon.

Sergio Grech u Rodrigu Bovingdon it-tnejn magħrufin fil-qasam tal-Malti.

Sergio Grech huwa l-kofundatur tal-Poeżija Plus, inizjattiva kulturali li mill-1999 ilha tlaqqa’ lill-pubbliku mal-awturi Maltin kull xahar.

L-udjenza li tattendi għal dawn il-laqgħat li jsiru fil-Bitħa tat-Teatru Manoel qatt ma tintalab ħlas u Sergio Grech qatt ma jitħallas. Sergio Grech ta sehmu fl-Għaqda Letterarja Maltija u għal seba’ snin sħaħ tella’ l-programm letterarju ‘Mill-Ġnejna Maltija’ volontarjament (u l-flus ħadithom l-Għaqda).

Sergio Grech huwa wkoll id-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u f’dil-kariga ta sehmu biex titjieb il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb u jġib ’il quddiem il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Prim Ministru tant jaf bil-progress li sar f’din iċ-ċelebrazzjoni tal-ktieb Malti li ilu tliet snin jilqa’ lill-Kunsill Naz-

zjonali tal-Ktieb fil-Berġa ta’ Kastilja biex l-attività ssir hemm, taħt il-patroċinju tiegħu.

Grech hu attiv fix-xandir kulturali u tella’ għadd kbir ta’ programmi dwar il-Malti u l-letteratura tiegħu, bħal Maltija Kienet l-Ewwel Kelma u Temi fil-Letteratura Maltija.

L-Akkademja tiddikjara l-fiduċja sħiħa f’Sergio Grech għax bil-ħidma u t-tħabrik diżinteressati tiegħu ġab ’il quddiem l-interessi letterarji tal-awturi lokali, fosthom għadd ta’ awturi ġodda.Fuq is-Sur Rodrigu Bovingdon, li nafuh ukoll, għalissa nippreferu nisktu.

L-Akkademja tal-Malti

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Roderick Bovingdon says:

    Tajjeb kieku semmejt l-ewwel attakk viljakk li hareg minn taht idejn Sergio qabel ma jiena wegibt lilu.

    Hija viljakkerija wisq akbar minn tas-soltu li bniedem jipprova jghawweg jew jostor il-verita’.

    Kompli ghaffeg siehbi. L-istorja titkellem weghedha. U toqghodx iddeffes il-PM biex tghatti xturek.

    Il-hidma sfiqa ta’ matul medda twila ta’ snin b’risq il-Malti inti ma semmejtux. Min huwa l-viljakk, l-insincier, eccetra!

    Rigu

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s