Immanuel Mifsud intervistat minn Franica Pulis

Bħala parti mill-Kampanja Libreriji, nhar it-2 ta’ Ġunju, fis-7.00 p.m., fil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana, l-awtur Immanuel Mifsud se jkun intervistat mill-ġurnalista ta’ Illum Franica Pulis.

Immanuel Mifsud twieled ir-Raħal Ġdid, fl-1967. Huwa beda jikteb il-poeżija meta kellu sittax, fiż-żmien li fih ħadem biex twaqqaf il-grupp letterarju Versarti.Beda jikteb skripts u jidderieġi drammi esperimentali. Iktar tard ħadem drammi ta’ Chekhov, Dario Fo, Max Frisch, Federico Garcia Lorca, David Mamet, Harold Pinter u Alfred Buttigieg, u għal xi żmien għallem fl-akkademja statali tal-arti drammatika.

Fis-snin disgħin kien involut fit-teatru ta’ riċerka u waqqaf It-Teatru tal-Għomja, li kien ipparteċipa fiż-żewġ edizzjonijiet tal-Festival Biennali tat-Teatru ta’ Riċerka, u t-Teatru Marta Kwitt, li ħadem kemm f’Malta kif ukoll kien l-ewwel grupp Malti li kien mistieden jipparteċipa fil-Fringe ta’ Edinburgh u ħadem ukoll f’Sarajevo.

Immanuel Mifsud kiteb numru ta’ kotba ta’ poeżiji u novelli u diversi xogħlijiet tiegħu nqalbu u ġew ippubblikati f’pajjiżi differenti. Fl-2002 rebaħ il-Premju Nazzjonali għal-Letteratura bil-ktieb L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut, li ġie nnominat għall-Premio Strega Europa. Fl-2005, il-ktieb tiegħu Kimika qajjem kontroversja minħabba materjal meqjus “maħmuġ”, u filwaqt li xi gazzetti ħarġu kritika qawwija fuqu, oħrajn irrifjutaw li jippubblikaw reċensjonijiet dwaru. F’Novembru 2008 ħarġet l-aħħar ġabra ta’ novelli, Stejjer Li Ma Kellhomx Jinkitbu.

Huwa ħareġ kotba għat-tfal, fosthom l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu Orqod, Qalbi, Orqod, ġabra ta’ taħniniet għat-tfal fuq stil tradizzjonali.

Flimkien ma’ Adrian Grima rebaħ il-premju speċjali għall-aktar ktieb kreattiv maħruġ fl-2008 bil-ktieb Riħ Min-Nofsinhar, ġabra ta’ kitbiet dwar it-tibdil fil-klima.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s