Immanuel Mifsud intervistat minn Franica Pulis

Bħala parti mill-Kampanja Libreriji, nhar it-2 ta’ Ġunju, fis-7.00 p.m., fil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana, l-awtur Immanuel Mifsud se jkun intervistat mill-ġurnalista ta’ Illum Franika Pulis.

Immanuel Mifsud twieled fl-1967. Huwa beda jikteb il-poeżija meta kellu sittax, fiż-żmien li fih ħadem biex twaqqaf il-grupp letterarju Versarti. Immanuel Mifsud kiteb numru ta’ kotba ta’ poeżiji u novelli u diversi xogħlijiet tiegħu nqalbu u ġew ippubblikati f’pajjiżi differenti. Fl-2002 rebaħ il-Premju Nazzjonali għal-Letteratura bil-ktieb L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut, li ġie nnominat għall-Premio Strega Europa. Fl-2005, il-ktieb tiegħu Kimika qajjem kontroversja minħabba materjal meqjus “maħmuġ”, u filwaqt li xi gazzetti ħarġu kritika qawwija fuqu, oħrajn irrifjutaw li jippubblikaw reċensjonijiet dwaru.F’Novembru 2008 ħierġa ġabra oħra ta’ novelli, Stejjer Li Ma Kellhomx Jinkitbu. Huwa ħareġ kotba għat-tfal, fosthom l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu Orqod, Qalbi, Orqod.

Franica Pulis hija ġurnalista mal-gazzetta ILLUM u hi attiva fil-qasam teatrali u
taghmel parti mill-grupp teatrali Dù.

L-attività hija mingħajr ħlas.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s