Laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar il-Politika Kulturali | Invit lil dawk involuti fil-qasam artistiku

Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura qed jorganizza numru ta’ laqgħat bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-Abbozz tal-Politika Kulturali Nazzjonali li ġiet imnedija għall-konsultazzjoni pubblika aktar kmieni din is-sena.

Nixtiequ li nisimgħu l-kummenti u niddiskutu proposti konkreti f’serje ta’ laqgħat li qed jiffokaw fuq kull kapitlu tal-politika kulturali u li huma miftuħin għall-parteċipazzjoni ta’ kulħadd. B’mod partikolari qed nistednuk biex tipparteċipa u tagħti l-kontribuzzjoni tiegħek fiż-żewġ laqgħat intiżi għal dawk kollha involuti fil-qasam artistiku.

Dawn il-laqgħat ser isiru s-Sibt 22 ta’ Mejju u s-Sibt 5 ta’ Ġunju bjen l-10.00 ta’ filgħodu u n-12.30 fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Il-laqgħa tat-22 ta’ Mejju se tindirizza t-temi ‘Ngħinu l-Kreattività’ u l-‘Kooperazzjoni Kulturali Internazzjonali. Il-laqgħa tal-5 ta’ Ġunju se tiddiskuti l-‘Governanza Kulturali’ kif ukoll il-‘Kultura Inklussiva’. Il-programm dettaljat jinsab inkluż hawn taħt.

Nixtiequ li tikkonferma l-attendenza tiegħek sal-Ġimgħa 21 ta’ Mejju għall-ewwel laqgħa u sal-4 ta’ Ġunju għat-tieni laqgħa billi tibgħat e-mail fuq culturepolicy.opm@gov.mt jew iċċempel 2291 5049 (lil Andrea Scorcia) u tirreġistra l-attendenza tiegħek.

Il-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tiegħek żgur se jkunu ta’ benefiċċju għall-viżjoni, prinċipji u miżuri tal-Politika Kulturali. Sadanittant, tista’ tara d-dokument u tibgħat il-kummenti tiegħek billi żżur is-sit elettroniku: http://maltaculturalpolicy.wordpress.com/.

Konsultazzjoni dwar il-Politika Kulturali | PROGRAMM

L-ewwel sessjoni | Ngħinu l-Kreattività (Kapitlu 3 tal-Politika Kulturali) u Kooperazzjoni Kulturali Internazzjonali (Kapitlu 5 tal-Politika Kulturali)

Data: is-Sibt 22 ta’ Mejju 2010

Post: Kavallier ta’ San Ġakbu, Ċentru tal-Kreattività

Ħin: 10.00 am -12.30

10.00 Introduzzjoni

10.05 Preżentazzjoni mill-kittieba tal-Politika Kulturali dwar it-Tema: Ngħinu l-Kreattività

10.15 Kummenti qosra minn Vince Briffa (artist) u Bernie Mizzi (Prinċipal, St Martin’s College)

10.30 Preżentazzjoni mill-kittieba tal-Politika Kulturali dwar it-Tema: Kooperazzjoni Kulturali Internazzjonali

10.50 Kummenti qosra minn Renzo Spiteri (mużiċist) u Simone Spiteri (Grupp Teatrali Du’)

11.00 Gruppi ta’ diskussjoni dwar iż-żewġ temi

12.00 Sessjoni Plenarja – Rappurtaġġ miż-żewġ gruppi ta’ diskussjoni

12.30 Tmiem

It-Tieni Sessjoni | Governanza Kulturali (L-1 Kapitlu tal-Politika Kulturali) u Kultura Inklussiva (Kapitlu 4 tal-Politika Kulturali)

Data: is-Sibt 5 ta’ Ġunju 2010

Post: Kavallier ta’ San Ġakbu, Ċentru tal-Kreattività

Ħin: 10.00 am -12.30 pm

10.00 Introduzzjoni

10.05 Preżentazzjoni mill-kittieba tal-Politika Kulturali dwar it-Tema: Niffaċilitaw l-Iżvilupp Kulturali: Governanza

10.15 Kummenti qosra minn Joe F X Zahra ( L-Ewwel President tal-Kunsill Malti Għall-Kultura u l-Art – 2002-3) u David Feliċe (Perit u Chairman tal-Kumitat Interministerjali għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura)

10.30 Preżentazzjoni mill-kittieba tal-Politika Kulturali dwar it-Tema: Kultura Inklussiva

10.50 Kummenti qosra minn Ranier Fsadni (Antropologu) u Adrian Grima (Inizjamed)

11.00 Gruppi ta’ diskussjoni dwar iż-żewġ temi

12.00 Sessjoni Plenarja – Rappurtaġġ miż-żewġ gruppi ta’ diskussjoni

12.30 Tmiem

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s