Folklore in the Maltese Islands

Nhar il-Ħamis fil-għodu, 29 ta’ April 2010, f’waħda mis-swali qodma tac-Cittadella, il-Kunsill Lokali tal-Qala ippreżenta lill-pubbliku l-pubblikazzjoni interessanti Folklore in the Maltese Islands fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Dr Chris Said li kien bil-għajnuna u l-koperazzjoni sħiħa tiegħu li dan il-ktieb seta’ jara d-dawl tal-istampa. Kienu preżenti wkoll it-tlett awturi li kkontribwew il-kitbiet interessanti tagħhom f’dan il-ktieb, Charles Coleiro, Anton F. Attard u Joe Zammit Ciantar flimkien mas-Sur Alfred Ellul Galea li qara r-reċensjoni li għamel dwar dan il-ktieb.

Biex naturalment il-ktieb ikun jista’ jinqara minn għadd kbir ta’ qarrejja, ġie deċiż li jiġi stampat bl-Ingliż. Charles Coleiro għażel li jikteb dwar Is Folklore part of History or a Myth from the Past? – an indepth analysis; Anton F. Attard għażel li jikteb dwar The Narrative Lore of Malta and Gozo, waqt li Joe Zammit Ciantar tana l-‘paper’ interessanti tiegħu dwar Folklore in Gozitan Place Names. Irridu ngħidu li dan il-ktieb huwa r-riżultat ta’ dak kollu li ħareġ mill-Kunferenza Internazzjonali dwar il-Folklore Malti li kienet saret matul ir-raba’ l-Qala International Folklore Festival organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qala flimkien mal-Qala Menhir Folk Group f’Ottubru tal-2009. Minn dak inhar ‘l hawn il-Kunsill Lokali ta’ dan ir-raħal kien ġarrab il-mewt ta’ wieħed mill-membri attivi tiegħu Anthony Camilleri li kien miet fl-eta’ ta’ 53 sena fid-29 t’ Ottubru 2009 u allura kien xieraq u f’postu għall-aħħar li din il-pubblikazzjoni tiġi ddedikata lilu. L-Editur tal-ktieb huwa Eucar Mizzi mill-Qala wkoll li ħa ħsieb inkluda fil-ktieb id-diskorsi li kienu saru matul il-Kunferenza li niftakar kienu attendew għaliha għadd ta’ studjużi u membri tal-pubbliku. F’dik l-okkażjoni kienu taw il-messaġġi tagħhom, Paul Buttiġieġ li huwa s-Sindku tal-Qala, Dr Chris Said, Dr Mario Demarco Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, kif ukoll il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. Kollha kemm huma l-kelliema kienu emfasizzaw dwar l-importabnza li għandha tingħata lill-attivitajiet bħal dawn u saħqu fuq l-opportunita’ li għandha tittieħed biex il-Folklore u t-tradizzjonijiet Maltin ‘jinbiegħu’ biex jedukaw lil niesna u fl-istess ħin jiġbdu turisti lejn il-gżejjer tagħna, speċjalment fix-xhur tax-xitwa.

Lejn tmiem il-pubblikazzjoni wieħed jista’ wkoll jaqra l-Bijografija dwar it-tlett awturi. Il-ktieb li għandu produzzjoni ta’ Joe Zammit Ciantar huwa mżewwaq ukoll b’numru ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu matul dan ir-raba’ Festival Internazzjonali dwar il-Folk. Il-ktieb tistgħu ssibuh fil-libreriji kollha kif ukoll fl-uffiċju tal-Kunsill fil-Qala.

Fid-diskors li għamel is-Sindku tal-Qala waqt il-preżentazzjoni tal-ktieb, huwa svela li fi żmien mhux ‘l bogħod ir-raħal tal-Qala se jkollu wkoll il-Mużew tal-Folklore Malti u radd ħajr lis-Segretarju Parlamentari Chris Said għall-għajnuna kbira tiegħu li kien qed jagħti lill-Kunsill tiegħu b’mod speċjali f’dan ir-rigward. Prosit tassew lil Kunsill Lokali tal-Qala għal għadd ta’ inizjattivi li jieħu minn żmien għal żmien biex jara lil raħlu miexi dejjem ‘l quddiem.

Kav Joe M Attard

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s