B’Tifkira ta’ Joe Brincat

Fil-jiem li gejjin, se jitnieda l-ktieb ta’ poeżiji ta’ Joe Brincat, Fil-Kamra s-Skura, ippubblikat minn Edizzjoni Skarta bl-appoġġ ta’ The Alfred Mizzi Foundation. Il-ktieb, maħdum mill-Outlook Coop, għandu disinn tal-qoxra tal-artist Pierre Portelli.

Waqt it-tnedija se jinqraw għadd ta’ poeżiji minn bintu Karla Brincat u Adrian Grima se jagħmel apprezzament kritiku ta’ din il-ġabra.

Joe Brincat (1952-2009) iddebutta fil-qasam letterarju bir-rebħ tal-Premju Francis Ebejer għad-dramm Sultan tal-Ħafjin li ttella’ fit-Teatru Manoel lejn l-aħħar tal-1995.

Joe Brincat stess kiteb li ma setax jaħrab mill-influwenza tal-familja estiża li ddominat id-dar ta’ tfulitu fis-snin ħamsin u sittin fi Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema. Zijiet u nanniet kienu sikwit jillitikaw dwar il-politika u r-reliġjon b’ħerqa li kienet tagħtik x’tifhem li d-destin tal-bniedem kien jiddependi fuq min ser jirbaħ l-argument u jieħu r-raġun. Ebda naħa ma qatt irnexxielha tikkonvinċi lin-naħa l-oħra biex tibdel fehmitha. Madwar il-mejda tal-kamra tal-pranzu lil Joe sqewh il-ġrajjiet imdemma ta’ artu, u ħafna teoriji u ideat li fil-ktieb talab skuża għalihom, allavolja mhux ħtija tiegħu li tqanna bihom. Kellu bilfors isib mezz biex jiskonġra dawn l-iħirsa mill-imgħoddi u għal dan il-għan qatagħha li jinqeda bil-kitba tal-versi biex forsi jkun jista’ jistrieħ.

Fil-kumment tiegħu fuq il-qoxra tal-ktieb, Adrian Grima jgħid li “Dawn il-poeżiji, mimlijin ġrajjiet kbar u żgħar ta’ passat dejjem preżenti, jirrakkontaw l-ideali u l-ipokreziji tas-snin sittin u tmenin, u l-katavri jgħumu fl-indifferenza klandestina tagħna tas-seklu l-ġdid. Imma dawn il-versi sikwit awto-kritiċi ta’ Joe Brincat jirrakkontaw ukoll l-intimità delikata tal-imħabba, l-“int u jien fil-kamra s-skura,” il-malinkonija tal-“aħħar tqarbina.”

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s