Imniedi t-tieni volum ta’ esejs f’ġieħ il-Professur David Attard
Hermann MICALLEF
2 ta’ Mejju, 2010 09:47 CET

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Imniedi+t%2Dtieni+volum+ta%27+esejs+f%27%26%23289%3Bie%26%23295%3B+il%2DProfessur+David+Attard&t=a&aid=99820230&cid=53

Is-Sibt filgħaxija tnieda uffiċjalment it-tieni volum ta’ esejs f’ġieħ il-Professur David Attard. Il-ktieb iġib l-isem Serving the Rule of International Maritime Law.

Iċ-ċeremonja, li saret fil-Berġa ta’ Aragona, kienet indirizzata minn Efthimios Mitropoulos, is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali – l-IMO. Preżenti kien hemm il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern Carm Mifsud Bonnici.

Għal din iċ-ċeremonja attendew diversi personalitajiet, fosthom, rappreżentanti diplomatiċi, professuri tal-liġi, rappreżentanti mill-industrija marittima u minn tat-tbaħħir, gradwati tal-IMLI, studenti, ħbieb u kollegi.

Il-panel tal-kelliema kkonsista fis-Segretarju Ġenerali tal-IMO, il-Ministru Mifsud Bonnici, Patricia Mallia, Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Internazzjonali fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta u Norman Martinez, editur u lecturer fi ħdan l-Istitut Internazzjonali dwar il-Liġi Marittima tal-IMO.

Il-ġabra ta’ esejs tfakkar il-karriera brillanti tal-Professur Attard fil-liġi internazzjonali. Il-Professur David Attard kellu rwol kruċjali fit-twaqqif tal-Istitut Internazzjonali dwar il-Liġi Marittima tal-IMO fl-1988 li jħarreġ avukati fil-ligi marittima internazzjonali privata u pubblika.

F’dawn l-aħħar 20 sena, il-Professur Attard kompla jgħallem f’dan l-Istitut u għad għandu rwol importanti f’fora internazzjonali li jolqtu l-iżvilupp tal-liġi internazzjonali.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s