PRESS RELEASE – KULLEĠĠ SAN BENEDITTU – SKOLA ĦAL SAFI

‘Kotba Miftuħa……..Bibien ta’ Tagħlim Miftuħa’

L-imħabba lejn il-qari tkebbset f’ġurnata t’attivitajiet mtellgħin mill-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu nhar il-Ġimgħa 23 t’April, fil-Jum Dinji tal-Ktieb. L-iskola ċkejkna f’wieħed mill-iżgħar irħula ta’ Malta ngħaqqdet mal-kumplament tad-dinja biex tippromovi l-qari fost il-membri tal-Komunità tagħha.

L-istudenti tal-Iskola stiednu lill-awtur popolari Charles Casha biex isiru jafuh aħjar. L-istudenti qasmu miegħu l-episodji favoriti tagħhom filwaqt li staqsewh mistoqsijiet interessanti dwar ix-xejriet u l-interessi tiegħu fil-kitba.

Charles Casha ltaqa’ wkoll mal-ġenituri u l-membri tal-komunità ta’ Ħal Safi u ddiskuta magħhom strateġiji li jistgħu jgħinuhom għall-mistoqsija ewlenija tagħhom ‘Kif nista’ nħajjar lil uliedi jaqraw fid-dinja tal-lum?’

Din il-ġurnata għalqet ġimgħa t’attivitajiet fl-iskola marbutin mat-tema tal-qari u l-kitba. Kienu esibiti l-kitbiet u l-kotba favoriti tat-tfal filwaqt li saret ukoll iċ-ċelebrazzjoni tal-‘Klabb Kittieba Tfal u Ġenituri’ li ġie mniedi għall-ewwel darba fl-iskola f’kollaborazzjoni mal-Fundazzjoni Għas-Servizzi Edukattivi.

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtur Charles Casha se jkun qed jiltaqa’ mal-għalliema tal-iskola waqt ħin kurrikulari biex jiddiskutu flimkien it-tema ‘Il-Pubbliċita’ u l-Kritika – L-Effetti Tagħhom fuq it-Tfal’. Il-Jum Dinji tal-Qari fetaħ bibien ta’ tagħlim għall-membri kollha tal-iskola.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s