Julia Farrugia Tintervista lil Anton Grasso

Bħala parti mill-kampanja favur il-qari, organizzata mid-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Mejju, 2010 fis-19.30, l-awtur Anton Grasso se jkun intervistat mill-gurnalista Julia Farrugia fil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana. Kulhadd huwa mistieden li jattendi filwaqt li jkun hemm hin biex l-awtur jiffirma l-kotba tieghu kif ukoll hin ghall-mistoqsijiet tal-pubbliku prezenti.

Anton Grasso twieled Raħal Ġdid fl-1952. Wara li attendal-Iskola Primarja tal-Gvern, kompla u temm l-istudji tiegħu fis-Seminarju tal-Arċisqof. Bejn l-1975 u l-1981 kien jgħallem ir-Reliġjon, il-Malti u l-Ingliż fl-Iskola tas-Snajja’, l-Isla, u aktar tard l-Iskola ta’ Bighi, il-Kalkara.

Grasso tħabbeb mal-Malti minn kmieni u ta’ eta` żgħira kien diġa` kiteb għadd ta’ novelli, esejs u poeżiji li kienu ppubblikati fil-gazzetti lokali. Kien anki kontributur regolari fil-gazzetti.

Grasso hu l-awtur ta’ għadd kbir ta’ kotba. L-ewwel ktieb tiegħu, Iljieli bla Qamar, li hu l-ewwel volum ta’ stejjer tal-biża’ bil-Malti ħareġ fl-1974 u mill-ġdid fl-1997. Bosta mill-kotba tiegħu nbiegħu kollha u reġgħu ġew ippubblikati. Il-kotba ta’ Grasso jinkludu rumanzi, traduzzjonijiet, esejs, poeżiji, studji, sitta u għoxrin volum ta’ stejjer u awtobijografija.

L-attivita hi mingħajr ħlas.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s