Espressjoni ta’ Interess

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden lill-pubblikaturi biex jissottomettu espressjoni ta’ interess fir-rigward tal-manuskritti rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2009-2010 organizzat mill-istess Kunsill bil-Kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport.

Ir-rumanzi li rebħu dan il-konkors huma tnejn: Inżul ix-Xemx ta’ Rita Saliba u Kliem ir-Riħ ta’ Simon Bartolo.

i. Il-manuskritti jridu jkunu ppubblikati fi żmien tliet xhur mill-għażla tal-pubblikatur, inkella skont ftehim maqbul bejn l-organizzaturi u l-pubblikatur konċernat.

ii. Id-deċiżjoni dwar liema mill-pubblikaturi jintgħażlu biex jippubblikaw il-kotba tkun ibbażata fuq:

a) x’pakkett ikun offrut lill-kittieb bħala rikompens għax-xogħol tiegħu
b) x’disinn ikun propost għall-produzzjoni aħħarija tal-ktieb (indikazzjoni min-naħa tal-pubblikatur interessat tkun biżżejjed)
c) x’pubbliċità jkun hemm ippjanata għat-tnedija tal-ktieb
d) xi prezz se jkun mibjugħ bih il-ktieb ladarba jkun ippubblikat
e) x’distribuzzjoni jkollu l-ktieb ladarba jkun ippubblikat

iv. Il-pubblikatur ta’ kull wieħed mill-kotba rebbieħa jingħata 2000 ewro bħala għajnuna għall-produzzjoni u l-istampar. Dan jiġi mbagħad rifless fil-prezz tal-bejgħ, li jkun għalhekk issussidjat.

v. Ladarba jintgħażel il-pubblikatur jew pubblikaturi, jiġi ffirmat ftehim li għandu jkun osservat bl-iktar mod rigoruż. Jekk dan ma jsirx, l-organizzaturi jżommu l-jedd li l-ftehim jaqa’.

vi. Id-drittijiet kollha tat-test innifsu jibqgħu tal-kittieb. Id-dritt tal-edizzjoni jkun tal-pubblikatur, flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

vii. Il-pubblikatur ikun responsabbli biex jagħti x-xeħta lill-ktieb. Iżda l-preżentazzjoni finali hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-organizzaturi.

viii. L-awtur rebbieħ irid jaċetta li jaħdem ma’ dak il-pubblikatur li jiddeterminaw l-organizzaturi tal-konkors.

ix. Fil-ftehim irid ikun espress ċar il-prezz tal-pubblikazzjoni. Billi d-dar tal-kotba tkun qed tingħata somma ta’ flus għall-pubblikazzjoni, ikun mistenni li dik l-għajnuna tirrifletti ruħha fil-prezz tal-ktieb.

x. Il-pubblikatur jidħol ukoll għall-ispejjeż ta’ qarrej tal-provi li jara x-xogħol. Il-qarrej tal-provi jrid ikollu l-għarfien uffiċjali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

xi. L-organizzaturi jżommu l-jedd li jassiguraw li l-pubblikazzjoni tkun ta’ kwalità.

xii. Il-qligħ mill-bejgħ tal-pubblikazzjoni jmur għand il-pubblikatur.

xiii. Fil-kotba għandu jingħad b’mod prominenti li l-pubblikazzjoni rebħet l-ewwel edizzjoni tal- Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2009-2010 u qed tkun ippubblikata wara l-għajnuna mogħtija mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

xiv. Il-pubblikatur konċernat jagħti 40 kopja tal-ktieb lis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, u 20 kopja lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb..

xv. Il-pubblikaturi magħżula jidħlu wkoll biex joħolqu programm edukattiv sempliċi għar-rebbieħ tal-premju għaż-żagħżugħ kittieb fil-konkors. Dan il-programm jinvolvi pariri mill-pubblikaturi lill-kittieb dwar kif itejjeb il-kitba tiegħu biex, ‘il quddiem, ikun jista’ hu/hi wkoll i/tkun ippubblikat/a.

Id-deċiżjoni finali ta’ min se jieħu l-pubblikazzjoni hija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

L-espressjoni ta’ interess għandha tintbagħat lis-Segretarju, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq J,.J. Mangion, il-Floriana sas-17 ta’ Mejju, 2010.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s