Niċċelebraw il-Ġabra ta’ Ward

Illejla fis-19.30, bħala parti minn Ħarba, il-Festival tal-Letteratura għat-Tfal li għaddej fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, se tkun iċċelebrata s-sensiela Ġabra ta’ Ward li kienet l-ewwel antoloġija letterarja fil-klassijiet Maltin.

E.B. Vella ħaqqu mertu kbir għax mill-bidu fehem li ktieb għat-tfal irid jinħadem fuq skemi differenti minn dawk għall-kbar. Kien avangardista fi ħsibijietu. Qagħad attent x’tipa x’se juża, per eżempju, u daħħal il-kunċett tal-illustrazzjonijiet. Għal din il-biċċa xogħol, tqabdu l-aħwa Caruana Dingli.

L-attività qed tkun ikkordinata minn Sergio Grech. George Peresso u Marlene Abela se jaqraw diversi siltiet minn diversi volumi. L-istoriku tal-edukazzjoni George Cassar se jitkellem dwar E.B. Vella. Victor Fenech se jitkellem dwar il-proċess biex daħal Id-Denfil wara l-Ġabra ta’ Ward; proċess li hu kien involut fih. Illum flok Id-Denfil hemm is-sensiela Senduq; editjata minn Claire Azzopardi u li fih jieħdu sehem diversi awturi minn Trevor Żahra sa Rita Saliba. .

Il-festival jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd. Programm sħiħ issibuh fuq http://www.inizjamed.org.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s