L-Ewwel Festival ta’ Letteratura għat-Tfal

Ħarba huwa l-isem tal-ewwel Festival Internazzjonali tal-Letteratura tat-tfal li se jsir bejn il-21 u l-25 ta’ April fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta. Matul il-Festival, il-Kavallier ta’ San Ġakbu se jinbidel permezz ta’ installazzjonijiet tal-arti magħmula minn Raphael Vella u Pierre Portelli, kollha ispirati minn kitbiet għat-tfal, filwaqt li grupp ta’ studenti tal-MCAST bl-għajnuna ta’ Katya Borg se jħarrbu wħud mill-karattri l-iktar magħrufa mill-kotba bl-għan li jibdlu l-post f’avventura letterarja.

Il-Festival huwa mimli attivitajiet għal kull età. Jekk trid tiftakar ftit fil-kotba Ġabra ta’ Ward li trabbejt bihom, allura s-serata tal-Ħamis filgħaxija ma’ George Peresso, Victor Fenech, Marlene Abela u Sergio Grech titlifhiex. Jekk trid tiltaqa’ ma’ Trevor Żahra, Charles Casha u Carmel G. Cauchi, aqbeż qabża s-Sibt wara nofsinhar, jekk trid tisma’ x’għandhom xi jgħidu l-awturi barranin, tista’ tiltaqa’ magħhom is-Sibt u l-Ħadd filgħodu. Għat-tfal se jkun hemm laqgħat mal-awturi Maltin u barranin, laboratorji ta’ kitba kreattiva, laboratorji ta’ illustrazzjoni, kunċerti u ħafna attivitajiet oħra. U jekk dan kollu huwa wisq, allura tista’ toqgħod taqra l-kotba li se jkun hemm fl-Atriju, jew iġġib ktieb miegħek u ssib post għall-kwiet biex taqra dak li trid.

L-attivitajiet kollha huma b’xejn u għal aktar informazzjoni żur is-sit http://www.inizjamed.org. Ħarba huwa organizzat minn Inizjamed u l-Kavallier ta’ San Ġakbu, bl-għajnuna tal-Fond Malti għall-Arti, il-Merlin Library, il-Kunsill tal-Ktieb, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, il-British Council, il-Literature Across Frontiers u l-Programm tal-Kultura tal-Unjoni Ewropea flimkien mad-Direcção-Geral do Livro e das Bibliotecas, Ministério da Cultura, il-Portugall, u l-Institut Ramon Llull, Spanja.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s