Charles Casha jiltaqa’ mat-Tfal u l-Pubbliku Ġenerali

Bħala parti mill-Kampanja Librerijiorganizzata mid-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, it-tfal, kif ukoll dawk kollha interessati, huma mistiedna biex jiltaqgħu mal-awtur Charles Casha nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ April, 2010, fil-Librerija Pubblika Ċentrali, Floriana fil-5.00 p.m.

Charles Casha, kittieb prolifiku, ippubblika diversi xogħlijiet kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Fost il-kotba għat-tfal hemm l-istejjer dwar Fra Mudest, karattru li hu kien ħoloq fl-1967 u għadu popolari sallum. Casha kiteb ukoll kotba b’tema umoristika, b’tema tal-avventura, drama u stejjer qosra. Barra minn hekk huwa ħareġ ukoll għadd ta’ kotba ekukattivi.

Fil-qasam tal-kitba għall-adulti huwa ppubblika ħames rumanzi u ħames kotba ta’ stejjer qosra. Tlieta minn dawn il-kotba ta’ novelli, huma bbażati fuq tfulitu u l-ambjent li trabba fih.

Charles Casha jwieġeb xi mistoqsijiet u jiffirma xi kotba tiegħu għal min ikun jixtieq.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s