Panoramic Malta and Gozo: Ċelebrazzjoni tad-DNA Maltija

Minn Sergio Grech

Kull darba li ninzerta f’xi ġita fejn ikun hemm il-Maltin, ma jonqsux dikjarazzjonijiet, quddiem xenarji sbieħ naturali, per eżempju, kemm Malta m’għandna xejn.

Meta tiftaħ kotba bħal Panoramic Malta and Gozo, pubblikazzjoni riċenti tal-BDL, tintebaħ kemm hi kwistjoni li bormot il-ġara tfuħ iktar minn ta’ darna. Dan il-ktieb jiċċelebra l-ġmiel ta’ art ċkejkna li l-karatteristiċi tagħha ġew apprezzati mill-barranin sa minn żminijiet imbiegħda.

Il-BDL, biex iwassal dan il-proġett, daħal bi sħab ma’ Daniel Cilia u l-istamperija Nova Arti Grafiche li bejniethom ħolqu ktieb impressjonanti li jiċċelebraw il-ħajja ta’ nazzjon vibranti. Cilia ħadem fuq diversi kotba deluxe li huma prodott artistiku fih innifsu.

Attimi di Malta, Valletta A City built by Gentlemen for Gentlemen, The Three Cities u The Temple of the Knights huma ftit eżempji li jikkonfermaw il-ġenju kreattiv ta’ dan l-artist Malti li ngħata l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-produzzjoni tal-ktieb Gorgeous Gozo maħdum mas-Sależjan Charles Cini.

Kif twiegħed il-pubblikazzjoni, fuq il-qoxra ta’ wara, Panoramic Malta and Gozo juri xeni mill-isbaħ tal-art li tatna isimha. Il-ktieb fih innifsu hu xempju ta’ produzzjoni mill-aqwa. Hawnhekk uħud mill-paġni jibqgħu jinfetħu – din mhix xi ħaġa ġdida fl-industrija – biex joħolqu ktieb li hu l-għira ta’ kulħadd.

Cilia dam tliet snin jaħdem fuq ir-ritratti li qed naraw f’din il-ġabra. F’dan il-każ, jeħodna fuq vjaġġ fejn naraw lil Malta f’diversi staġuni f’ħinijiet differenti tal-ġurnata. Hu jeħodna min-Naxxar waqt il-Ġimgħa l-Kbira saż-Żewwieqa Għawdex. Minn Ġnien is-Sultan sal-Barrakka ta’ Fuq. Ir-ritratt li b’xi mod jintrabtu mal-kosta iħalluk imbellah.

Panoramic Malta and Gozo bla dubju hu pass importanti fl-istorja tal-ktieb Malti.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s