L-Akkademja tal-Malti tikteb lir-Rettur dwar l-użu tal-Malti fl-Università
Charlot Zahra
czahra@mediatoday.com.mt

http://www.illum.com.mt/2010/03/28/t5.html

L-Akkademja tal-Malti għadha kif kitbet ittra lill-Università ta’ Malta dwar il-kwistjoni dwar l-użu tal-Ilsien Malti fl-Università nnifisha fid-dawl tal-protesti minn bosta studenti li lmentaw li ma setgħux jużaw l-ilsien Malti fl-assessjar tagħhom.
Fil-fatt id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti li ddiskuta l-kwistjoni.
Il-gazzetta Illum staqsiet jekk dan l-aħħar il-Kunsill iltaqax biex jiddikuti l-kwistjoni tal-użu tal-Malti fl-eżamijiet fl-Università ta’ Malta, id-data meta saret din il-laqgħa, u x’kienet id-deċiżjoni tal-Akkademja dwar dan. Carmel Azzopardi, il-President tal-Akkademja tal-Malti, ikkonferma li din kienet kitbet ittra lill-Università ta’ Malta.
“Dwar il-mistoqsijiet tiegħek nista’ ngħidlek biss li l-Kunsill tal-Akkademja ddiskuta l-kwistjoni f’laqgħa tal-Kunsill u wara din il-laqgħa jien ktibt lir-rettur tal-Università,” qal Azzopardi lil Illum.
Iżda Azzopardi ma riedx jagħti aktar dettalji dwar il-kontenut ta’ din l-ittra għax fost l-oħrajn, fi kliemu stess, “qed nistennew li jkun hemm xi żviluppi,” dwar din il-kwistjoni.
Meta faqqet din il-kwistjoni xahar ilu, Azzopardi kien wieħed minn dawk in-nies li kien ikkritika din id-deċiżjoni.
“Jien kontra kull restrizzjoni fl-użu tal-ilsien Malti f’pajjiżna. Dan jistona aktar u aktar meta r-restrizzjoni ssir fl-ogħla istituzzjoni edukattiva fil-pajjiż,” kien saħaq Azzopardi meta kien ikkuntattjat minn Illum. “Nemmen li kull Malti għandu d-dritt li jesprimi ruħu bil-lingwa nazzjonali tiegħu
f’kull qasam, inkluż fl-Università,” kien qal Azzopardi.
Azzopardi dakinhar kien ħabbar ukoll li l-Akkademja kienet se tiddiskuti “dan l-iżvilupp fil-laqgħa tal-Kunsill li jmiss u se turi l-fehma tagħha”.
Intant, l-għadd ta’ nies li qed jipprotestaw fuq Facebook kontra d-deċiżjoni tas-Senat tal-Università ta’ Malta li ma jibqax jaċċetta dissertation papers jew karti tal-eżamijiet bil-miktub bl-ilsien Malti fl-aħħar xahar tela’ minn 1,300 għal aktar minn 1,800 persuna.
Id-deċiżjoni kienet qajmet furur mhux biss fost l-istudenti nfushom iżda wkoll fost akkademiċi fl-Università u barra minnha.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s