L-ewwel book video li qatt sar għal ktieb bil-Malti
Esperiment ġdid fil-qasam tal-pubblikazzjonijiet
Michael CARUANA
michael.caruana@media.link.com.mt
29 ta’ Marzu, 2010 18:00 CET

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=L%2Dewwel+book+video+li+qatt+sar+g%26%23295%3Bal+ktieb+bil%2DMalti&t=a&aid=99819592&cid=53

Għall-ewwel darba Merlin Library qed tintroduċuċi fis-suq lokali tal-kotba book video għal ktieb bil-Malti.

Dan hu esperiment ġdid fil-qasam tal-pubblikazzjonijiet tal-kotba bil-Malti u qed isir mal-pubblikazzjoni tar-rumanz polizjesk ta’ Mark Camilleri, Prima Facie.

Il-book video inħadem għal Merlin Library ta’ Blata l-Bajda mill-kumpannija Take 2 u jitratta l-ewwel minn sensiela ta’ delitti ta’ tfajliet f’Malta. Qabel ma jinqatlu, it-tfajliet kienu l-ewwel jinħatfu mill-istess persuna.

Chris Gruppetta, id-Direttur tal-Pubblikazzjonijiet ta’ Merlin Library, qal li l-idea ta’ dan il-book video hi li permezz ta’ filmat jużaw metodi differenti – apparti l-kliem u l-qari – bl-iskop li jħeġġu nies li mhux tradizzjonalment jaqraw ktieb. Fil-fatt, f’dan il-book video huma jaraw biss xena, l-ewwel waħda minn għadd ta’ xeni, mill-istorja kollha fuq sett tat-televiżjoni, youtube jew fejn iridu. F’dan il-każ il-book video jagħti l-bidu tar-rumanz ta’ Mark Camilleri – Prima Facie – mingħajr il-bżonn li dak li jkun jaqra s-silta.

Hu qal li xogħol bħal dan, minbarra dak normali ta’ kull pubblikazzjoni ta’ ktieb, jinvolvi xogħol konsiderevoli ieħor. Fost oħrajn hemm il-produzzjoni ta’ video professjonali li sar għal Merlin Library mill-kumpannija Take 2 li taħdem fuq produzzjonijiet bħal dawn. Kienet din il-kumpannija li għażlet l-atturi, għamlet auditions, iffilmjat l-istorja, għamlet editing eċċ. Minbarra dan ix-xogħol kollu hemm ukoll il-kwistjoni tal-ispejjeż li jitilgħu mhux ħażin.

Din hi xi ħaġa, sostna Chris Gruppetta, li Merlin Library ratha ssir kemm-il darba barra speċjalment fl-Ingilterra u fl-Awstralja fejn book videos bħal dawn huma popolari ħafna. ‘Għaliex f’Malta m’għandux ikollna wkoll dan il-kunċett tal-book video u ppruvajna dan l-esperiment ġdid’, qal Chris Gruppetta lil din il-gazzetta.

Mistoqsi għaliex issir parti biss minn ktieb u ma jsirx il-ktieb kollu fuq video, Chris Gruppetta qal li dan ma jagħmluhx l-ewwel għax jekk isir il-ktieb kollu jintilef l-iskop tal-pubblikazzjoni u allura l-ktieb ma jinqarax u t-tieni għal raġunijiet prattiċi. Book video normalment juri biss xena ta’ ftit minuti. Fil-każ tal-book video tal-ktieb Prima Facie għandek xena qasira ta’ erba’ minuti u nofs. Kieku tagħmel il-ktieb kollu għandek mill-inqas filmat ta’ sagħtejn.

L-idea hi li dan il-book vdeo ikun l-ewwel minn diversi book videos oħra. Billi l-ispiża mhix żgħira, sostna Chris Gruppetta, dan mhux oġġett li jista’ isir fuq kull ktieb jew ta’ spiss ħafna. L-idea iva hi li jekk dan l-esperiment jirnexxi – u s’issa mill-hits li kien hemm online jidher li qed jintgħoġob ħafna – allura għal Merlin Library dan ikun l-ewwel minn ħafna.

Ir-rumanz polizjesk Prima Facie jinsab għal bejgħ mingħand il-librara ewlenin.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s