Ebda sanzjoni għal Patri Mark Montebello
minn john pisani

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=9329

Kienet laqgħa bejn żewġt iħbieb dik bejn il-Majjistru tal-Ordni tad-Duminkani, Carlos Alfonso Azpiroz Costa, u Fr Mark Montebello. L-ebda argumenti u l-ebda sanzzjonijiet qalu lit-TORĊA sorsi qrib id-Dumnikani f’Ruma.

Kif żvelajna fil-ħarġa tas-7 ta’ Frar, Fr Mark Montebello, ntalab imur Ruma wara li l-Arċisqof ta’ Malta, Pawlu Cremona, allegatament insista li jittieħdu passi kontrih b’rabta ma’ diversi kitbiet tiegħu fil-ġurnali fosthom dwar id-divorzju u l-pedofelija.

Il-Ġimgħa Fr Mark wasal Ruma fejn baqa’ sejjer dritt fil-kunvent fejn intlaqa’ tajjeb ħafna minn sħabu. Dakinhar stess iltaqa’ mal-Majjistru Carlos Alfonso Azpiroz Costa, liema laqgħa kienet deskritta mis-sorsi bħala waħda kordjali mhux biss bejn żewġt iħbieb li studjaw flimkien imma aktar bħala żewġt aħwa bl-istess ideal. Ilbieraħ Fr Mark attenda għal Forum organizzat mill-istess Duminkani u llum, Ħadd il-Palm mistenni li jkun il-mistieden għall-ikel mal-istess Carlos Alfonso Azpiroz Costa.

“Fra Carlos u Patri Mark ilhom jafu lil xulxin żmien twil. Studjaw flimkien, wieħed il-Kanoniku u l-ieħor il-Filosofija.” qalulna s-sorsi. Huma komplew jgħidu li l-ordni Dumnikan minn dejjem ħadem mal-priġunieri u l-ħidma kbira li jagħmel Patri Mark hija impekkabbli. “F’Malta għandkom għaqda waħda biss non-governattiva li taħdem fil-qrib mal-priġunieri u din hija dik li jmexxi Patri Mark. Din il-ħidma hija rispettata mill-Ordni”, komplew jgħidulna s-sorsi f’Ruma.

Huma qalulna li meta l-Majjistru żar Malta huwa żar il-postijiet kollha li għandhom rabta mad-Dumnikani, fosthom Dar it-Tama. Dan għamlu b’rispett kbir lejn Patri Mark.

Meta staqsejna jekk l-ordni kinitx se tieħu passi kontra s-saċerdot Malti dwar l-allegaz-zjonijiet li saru fuqu, ir-risposta kienet ċara u tonda – “Mhu se jkun hemm l-ebda qtugħ ta’ ras. Ħadd ma talab għal dan fil-konfront ta’ Mark u lanqas ħadd ma jrid li tinqata’ ras tal-Arċisqof ta’ Malta u ċerti li lanqas l-Arċisqof ma jrid ras Mark. Patri Mark la ngħata kastig u lanqas kien ippremjat”, saħqu s-sorsi f’Ruma.

Is-sorsi qalulna li Fra Carlos Alfonso Azpiroz Costa apprezza ħafna l-ammont kbir ta’ korrispondenza li rċieva mingħand il-Maltin li wrew solidarjetà ma’ Patri Mark Montebello u dan kompla żied l-apprezzament tiegħu fil-konfront ta’ Mark.

Sadanittant sorsi oħrajn li tkellmu magħna qalulna li minħabba l-ħidma tiegħu mal-priġunieri, Fr Mark dejjem kellu jħabbat wiċċu ma’ kull min kien hemm fil-Gvern.

pisani.journalist@gmail.com

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s