Kotba Ġodda minn Charles Daniel Saliba

Charles Daniel Saliba, għadu kemm nieda żewġ kotba speċifikament intenzjonati għat-tagħlim tal-idjomi u tal-qwiel. Dawn il-kotba jgħinu u jiggwidaw lill-istudenti kif għandhom jippreparaw u jistudjaw l-idjomi u l-qwiel għal diversi sillabi fosthom: tal-Primarja, tal-Liċej, tas-Sekondarja, kif ukoll b’enfasi fuq is-sillabu taċ-ĊES. Billi Saliba hu għalliem tal-Malti, l-informazzjoni li fihom dawn il-kotba hi ppreżentata b’mod ċar u konċiż.

FIdjomi Maltin għal Studenti għaqlin

Dan il-ktieb fih ġabra ta’ idjomi miġbura taħt temi differenti. Kull tema qiegħda f’kapitlu separat u kollha jkopru ħamsin idjoma. Kull idjoma hi mfissra u użata f’sentenza biex b’hekk l-istudenti jifhmu aħjar. Il-kliem tqil użat fl-idjomi hu mfisser f’kaxxa appost fl-aħħar tal-kapitlu. Wara kull kapitlu hemm l-eżerċizzji relatati mat-tema ttrattata. Fl-aħħar tal-eżerċizzji hemm sezzjoni apposta biex waqt li lill-istudenti tkun tħarriġhom fl-idjomi fl-istess waqt tkun tagħmlilhom reviżjoni tal-Malti komunikattiv għaliex minn test apposta (ġieli tkun ittra, ġieli email, ġieli rapport) l-istudenti jridu jsibu l-idjomi. Barra minn dan fil-bidu nett tal-ktieb hemm sezzjoni dettaljata li tfiehem lill-istudenti x’tipi ta’ eżerċizzji jħobbu joħorġu fil-karti tal-eżamijiet tal-Malti ta’ kull livell akkumpanjati b’pariri għall-istudenti biex fit-tweġibiet tagħhom jagħtu l-massimu. Dan il-ktieb jinkludi:

➠ ġabra ta’ idjomi miġbura taħt temi differenti;

➠ definizzjoni ta’ kull idjoma;

➠ l-użu ta’ kull idjoma f’sentenza;

➠ definizzjoni ta’ kliem tqil wara kull tema;

➠ eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull tema bil-qies;

➠ taħriġ supplimentari li inkonxjament jagħmillek reviżjoni tal-Malti komunikattiv (ittra, djalogu, deskrizzjoni, email…);

➠ eżempji ta’ eżerċizzji varji li jistgħu joħorġu fl-eżamijiet akkumpanjati b’kummenti, pariri

u risposti mudell;

➠ pariri kif l-istudenti għandhom iwieġbu fleżami;

➠ pariri fuq żbalji ortografiċi (spelling mistakes) li l-istudenti jagħmlu meta jiktbu l-idjomi;

➠ sezzjoni apposta, maqsuma fi tlieta, li tgħin lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tal-idjomi qabel l-eżami taċ-ĊES;

➠ glossarju tal-idjomi kollha li ntużaw f’dan il-ktieb;

➠ kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.


F Qwiel Maltin għal studenti ħabrikin

Dan il-ktieb fih ġabra ta’ qwiel miġbura taħt temi differenti. Kull tema qiegħda f’kapitlu separat u kollha jkopru għoxrin qawl. Kull qawl hu mfisser u użat f’sentenza biex b’hekk l-istudenti jifhmu aħjar. Il-kliem tqil użat fil-qwiel hu mfisser f’kaxxa appost fl-aħħar tal-kapitlu. Wara kull kapitlu hemm l-eżerċizzji relatati mat-tema ttrattata. Barra minn dan fil-bidu nett tal-ktieb hemm sezzjoni dettaljata li tfiehem lill-istudenti x’tipi ta’ eżerċizzji jħobbu joħorġu fil-karti tal-eżamijiet tal-Malti ta’ kull livell akkumpanjati b’pariri għall-istudenti biex fit-tweġibiet tagħhom jagħtu l-massimu. Dan il-ktieb jinkludi:

➠ ġabra ta’ qwiel miġbura taħt temi differenti;

➠ definizzjoni ta’ kull qawl;

➠ l-użu ta’ kull qawl f’sentenza;

➠ definizzjoni ta’ kliem tqil wara kull tema;

➠ eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull tema bil-qies;

➠ eżempji ta’ eżerċizzji varji li jistgħu joħorġu fl-eżamijiet akkumpanjati b’kummenti, pariri u risposti mudell;

➠ pariri kif l-istudenti għandhom iwieġbu fleżami;

➠ pariri fuq żbalji ortografiċi (spelling mistakes) li l-istudenti jagħmlu meta jiktbu l-qwiel;

➠ sezzjoni apposta, maqsuma fi tlieta, li tgħin lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tal-qwiel qabel l-eżami taċ-ĊES;

➠ glossarju tal-qwiel kollha li ntużaw f’dan il-ktieb;

➠ kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.

I Min irid jakkwista kopja ta’ dawn il-kotba jista’ jmur fil-ħwienet tal-kotba ewlenin jew jista’ jikkuntattja lil Book Distributers Ltd. jew jinxtraw direttament minn fuq il-websajt: http://www.bdlbooks.com

Żmien Xahar u ftit….. ġejjin 4 kotba ġodda

1. 75 Lehma 75 Fehma

2. Malti għalina t-tfal 4

3. Malti għalina t-tfal 5

4. Malti għalina t-tfal 6

F 75 Lehma 75 Fehma

Dan il-ktieb huwa antoloġija (ġabra) ta’ Poeżija Maltija addattata speċifikament għat-tagħlim tal-Poeżija Maltija fil-Liċej u fl-iskejjel Sekondarji. Dan il-ktieb qiegħed imfassal biex jgħinek u jiggwidak kif għandek tipprepara u tistudja l-poeżija għal diversi sillabi fosthom: tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u ta’ skejjel privati. Fih jinkludi:

➠ ġabra ta’ 75 poeżija maqsuma kronoloġikament skont id-dati tat-twelid tal-poeti;

➠ nota ġenerali fuq il-poeti u l-poeżija tradizzjonali u oħra fuq il-poeti u l-poeżija moderna;

➠ 35 poeta differenti;

➠ poeti magħrufin kif ukoll oħrajn ġodda jew oħrajn li bi żmien kważi ntesew;

➠ nota bijografika ta’ madwar mitt kelma fuq kull poeti li hawn f’din l-antoloġija;

➠ poeżiji magħrufin sew u oħrajn li rari ssemmew;

➠ 75 lezzjoni differenti mqassma bl-istess mod:

i. ritratt meħud lokalment marbut mat-tema tal-poeżija li tkun ġejja;

ii. taħtu mistoqsijiet biex l-istudenti jaslu għas-suġġett tal-poeżija;

iii. il-poeżija tal-poeti bil-versi nnumerati;

iv. taħriġ varju mqassam fuq tliet livelli;

v. nota bil-ħsieb, kummenti analitici, il-binja, it-termini letterarji u t-tifsir tal-kliem tqil ta’ kull poeżija.

➠ pariri kif l-istudenti għandhom iwieġbu fl-eżami;

➠ pariri fuq żbalji ortografiċi (spelling mistakes), stilistiċi u sintattiċi li l-istudenti jagħmlu fit-tweġibiet li jagħtu fl-eżami;

➠ pariri siewja kif l-istudenti għandhom jistudjaw il-poeżiji;

➠ glossarju ta’ termini letterarji, b’definizzjoni ta’ kull waħda u eżempju;

➠ taħriġ speċifiku (tisliba, taħriġ fuq poeżiji, imla l-gradilji) fuq it-termini letterarji għal kull klassi tas-sekondarja;

➠ żewġ attivitajiet kulturali, waħda f’Malta u oħra f’Għawdex, għall-istudenti Maltin u Għawdxin;

➠ kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.

F Malti Għalina t-Tfal 4

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja. Dan il-ktieb huwa grammatika f’kuntest. Fih jinkludi:

Ø reviżjoni tas-sillabu tat-tielet klassi tal-primarja;

Ø is-sillabu kollu tar-raba’ klassi tal-primarja;

Ø noti tal-grammatika;

Ø eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;

Ø tliet taħriġ il-fehem u tliet fehim mis-smigħ;

Ø sezzjoni apposta, li tinħadem qabel l-eżami, biex tagħmel reviżjoni lill-istudenti;

Ø sistema t’awtoassessjar li tgħin lill-istudenti u tara għadhomx jiftakru dak li għaddew;

Ø stampi kkuluriti li jgħinu lill-istudenti u jagħtuhom gost;

Ø mind maps biex jgħinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;

Ø mind maps biex jgħinu lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tat-topiks grammatikali;

Ø simboli li viżwalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-eżerċizzji;

Ø kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.

F Malti Għalina t-Tfal 5

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tal-ħames klassi tal-primarja. Dan il-ktieb huwa grammatika f’kuntest. Fih jinkludi:

Ø reviżjoni tas-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja;

Ø is-sillabu kollu tal-ħames klassi tal-primarja;

Ø noti tal-grammatika;

Ø eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;

Ø tliet taħriġ il-fehem u tliet fehim mis-smigħ;

Ø sistema t’awtoassessjar li tgħin lill-istudenti u tara għadhomx jiftakru dak li għaddew;

Ø stampi kkuluriti li jgħinu lill-istudenti u jagħtuhom gost;

Ø mind maps biex jgħinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;

Ø mind maps biex jgħinu lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tat-topiks grammatikali;

Ø simboli li viżwalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-eżerċizzji;

Ø kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.

FMalti Għalina t-Tfal 6

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tas-sitt klassi tal-primarja. Dan il-ktieb huwa grammatika f’kuntest. Fih jinkludi:

Ø reviżjoni tas-sillabi kollha tal-primarja;

Ø is-sillabu kollu tas-sitt klassi tal-primarja;

Ø noti tal-grammatika;

Ø eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;

Ø tliet taħriġ il-fehem u żewġ fehim mis-smigħ;

Ø sistema t’awtoassessjar li tgħin lill-istudenti u tara għadhomx jiftakru dak li għaddew;

Ø stampi kkuluriti li jgħinu lill-istudenti u jagħtuhom gost;

Ø sezzjoni bl-idjomi u oħra bil-qwiel u eżerċizzji fuqhom;

Ø mind maps biex jgħinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;

Ø mind maps biex jgħinu lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tat-topiks grammatikali;

Ø simboli li viżwalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-eżerċizzji;

Ø kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s