Kampanja ta’ ħmieġ kontra l-Papa qabel jiġi Malta
minn brian meli

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=9296

Waqt li f’pajjiżna qiegħdin inħejju għaż-żjara pastorali li l-Papa Benedittu XVI se jagħ-mel fostna x-xahar id-dieħel, għaddejja kampanja kontra tiegħu billi xi wħud qiegħdin jippruvaw jimplikawh f’inċident ta’ saċerdoti pedofeli u omosesswali. Filwaqt li jiddeskrivi din il-kampanja bħala waħda ta’ ħmieġ, l-Arċisqof ta’ Għawdex Mario Grech jisħaq li din mhix biss aggressjoni fuq il-Papa, imma wkoll fuq id-demokrazija.

Fil-priedka li għamel fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp, l-Arċisqof Grech sostna li t-tajn li qed jitfgħu fuq is-suttana bajda tal-Papa, huwa ħmieġ li jriduh jaqbad mal-Knisja. Għax l-iskop ta’ dan kollu huwa li jindarab ir-ragħaj biex il-merħla tixxerred.

Huwa qal li dan il-ħmieġ qed jitwaddab lejn il-Knisja bil-ħsieb li jkissru l-awtorità morali tagħha u jnisslu dubji serji dwar l-attendibilità tad-duttrina nisranija. Filwaqt li uża kliem il-filosofu Taljan Marcello Pera li jiddeskrivi dan il-fenomenu bħala kampanja tal-lajċiżmu kontra l-Kristjanità, żied jirrimarka li jekk nagħtu ħarsa lejn l-istorja riċenti, nintebħu li maż-żmien tbiddlu l-mezzi li bihom saru l-attakki, imma l-għan baqa’ dej-jem l-istess: il-qerda tat-twemmin nisrani. Fl-istess ħin wissa li jekk il-Kristjaneżmu jinqered, tintilef id-demokrazija.

Fl-istess okkażjoni l-Isqof Grech irrefera għall-pubblikazzjoni ta’ ktieb dwar l-omosesswali li għadu kemm ħareġ f’pajjiżna, fejn jingħad li mhux biss San Pawl kellu orjentament omosesswali, imma anke San Ġorġ Preca. Sostna li dawn huma kalunji serji, waqt li sejjaħ bħala meraviljuża r-raġuni li ngħatat biex tfisser il-fatt li n-numru ta’ seminaristi fi żmienna naqas, għax snin ilu fis-seminarju kienu jidħlu dawk li għandhom orjentament omosesswali.

“F’dan kollu hemm aġenda malizzjuża biex jiskreditaw lis-saċerdot u l-Knisja. Xejn ma nistagħġeb jekk ’il quddiem jiġi xi ħadd u jgħidilna biex ma nibagħtux lil uliedna għad-duttrina jew il-Museum, biex it-tfal tagħna ma jibqgħux jaqdu l-artal bħala abbatini, biex ma nħalluhomx imorru fl-iskejjel tal-Knisja… għax jistgħu jmissuhom!”

Waqt li qal li hu mhux qed jgħid li fil-Knisja ma hemmx dawn il-perikli, l-Isqof Grech żied jirrimarka li jixtieq jara fi ħdan kategoriji u professjo-nijiet oħra fis-soċjetà tagħna, dik l-istess rigorożità u serjetà li għandha l-Knisja llum biex imġibiet bħal dawn ikunu mrażżna.

Filwaqt li għal darba oħra kkundanna kull forma ta’ abbuż sesswali, partikolarment fuq il-minuri, ta l-kelma tiegħu li meta jkun jaf b’imġiba bħal din fil-kamp pastorali, huwa jaġixxi.

Imma nsista li min-naħa l-oħra, mhux ġust li jekk jiżbalja wieħed, miegħu jeħel kulħadd.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. JOE SALIBA says:

    Jiena, bhal hafna tfal Maltin ohra, kwazi waqajt vittma tas-suppost raghajja li jahdmu mal-isqfijiet u l-komplici shabhom. Kliemi mhux kliem fil-vojt imma xhieda tal-habi li sar fil-knisja ta’ dawn l-abbuzi sesswali specjalment fuq it-tfal innocenti.
    Bhala kumment ingib il-versi tieghi fuq das-suggett, il-poezija li dehret fil-ktieb tieghi li ppubblikajt is-sena l-ohra (2010) bl-isem ta’ ULURU minn hawn l-Awstralja.
    Barra r-religjuzi nsemmi wkoll nies ohra li fil-fehma tieghi kienu bhal draguni dejjem lesti biex jibilghu lit-tfal fin-nases koroh taghhom.

    L-EWWEL GEBLA

    O x’qed jaraw ghajnejja!
    Fiex gejna?! Fejn sejrin?!
    Tlifna kull direzzjoni
    bhal fkieren maqlubin.

    Bandist li jhobb inemmes
    jiftah malajr hanut
    hdejn skola sekondarja
    ghat-tfal subien migbud.

    Ragel xwejjah tal-qniepen
    jiggerra fuq il-bjut
    tal-knejjes mnejn it-tifel
    jahrablu, jaqa’ u jmut.

    Ministri tal-pulitka,
    irjus t’ghaqdiet u qrati;
    sa gewwa l-presbiterji
    b’dan-nies l-irkejjen fgati.

    Qassis mghawweg bhall-virga
    joqtol ghall-purità
    li ghandna lkoll inzommu,
    ’mma f’hajtu rarità.

    U b’ghajb ghal dinu u dmiru
    jiehu guvnott id-dar
    u juri bi hzunitu
    kemm hu bniedem mill-aghar.

    Kien zmien meta s-suttani
    hsibtuhom jghaxxqu t-triq;
    ghosfru, ’mma dell ftit minnhom
    baqa’ ghas-suttar u l-bzieq.

    Mill-Kurja jmorru jqerru
    ghand Borgia l-Bugarrun,
    u min jistenna l-barka
    minn ghandhom jahbi l-qrun.

    Tal-pulptu, tal-pastizzi,
    u xi mhallfin tal-mazza,
    surmastrijiet u ohra
    ta’ kull livell u razza.

    O x’qed jaraw ghajnejja!
    Fiex gejna?! Fejn sejrin?!
    Tlifna kull direzzjoni
    bhal fkieren maqlubin.

    JOE SALIBA
    Awstralja

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s