STQARRIJA STAMPA

18 ta’ Marzu, 2010‘Waqqaf l-oppressjoni tal-arti’ – l-awturi u artisti Maltin lill-gvern

Il-komunità Maltija ta’ awturi, artisti u nies li jaħdmu fil-kultura illum appellaw lill-ministri tal-ġustizzja u tal-kultura sabiex jassumu r-responsabbiltà politika u jwaqqfu l-proċeduri kriminali assurdi li qed jittieħdu fil-konfront tal-editur Mark Camilleri u l-awtur Alex Vella Gera.

F’ittri ta’ protesta mibgħuta lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici, u lis-Segretarju Parlamentari għall-Kultura, Mario de Marco, Grupp29 – li jgħaqqad 90 awtur, artist u nies jaħdmu fil-kultura – saħaq li ż-żewġ membri tal-Gvern huma politikament responsabbli mill-persekuzzjoni tal-awtur u l-editur u mill-assalt dirett fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà artistika.

“B’dispjaċir ninnutaw li minkejja l-mewġa pubblika ta’ protesta mill-oqsma kollha tal-arti, kultura u l-midja kontra l-azzjonijiet meħuda fil-konfront ta’ Camilleri, mhux talli l-pulizija ma waqqfux il-każ assurd kontrih imma talli issa estendew l-azzjonijiet oppressivi tagħhom fil-konfront tal-awtur innifsu,” saħaq Grupp29.

“Dawn l-azzjonijiet ipoġġu ’l pajjiżna fuq l-istess keffa tar-reġimi anti-demokratiċi u intolleranti li tul is-snin ħadu isem għar-ripressjoni tal-ħsieb u l-espressjoni libera, sew jekk b’mezzi vjolenti kif ukoll bl-istrumenti legali li permezz tagħhom jiġġustifikaw l-azzjonijiet tagħhom.”

Il-grupp appella wkoll lill-ministru tal-ġustizzja u lis-segretarju parlamentari, fil-poteri rispettivi tagħhom, sabiex jeliminaw iċ-ċensura fl-arti, jaġġornaw il-liġijiet tal-oxxenità u jwaqqfu l-kriminalizazzjoni tal-arti, kif jixraqlu pajjiż li jsejjaħ lilu nnifsu modern u Ewropew, u kif jitolbu l-obbligi fundamentali ta’ pajjiżna fil-liġi u fl-ispirtu.

Kopji tal-ittri ntbagħtu wkoll lill-Kummissjoni Ewropea, organizazzjonijiet għad-drittijiet ċivili, Membri Parlamentari Ewropej u l-Oppożizzjoni.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s