Tħabbir tar-Rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ

Ilbieraħ 12 ta’ Marzu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagh, Kultura u Sport l-Onor. Clyde Puli u Dr Ġorġ Mallia Presudemt tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, ħabbru r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ.

L-għan ta’ dan il-konkors hu biex jixpruna letteratura għaż-żgħażagħ miktuba bil-Malti li f’pajjiżna hija nieqsa ħafna. L-Onorevoli Puli fehem l-importanza tal-proġett u wara s-suċċess li kiseb ta l-kelma tiegħu li dan il-konkors ser isir parti mill-kalendarju tal-pajjiż. Dan il-pass issa fisser li fuq numru ta’ snin ser jinbena depożitorju interessanti ta’ kotba ta’ dan il-ġeneru. B’kollox, għall-fini ta’ dan il-konkors, daħlu 28 manuskritt. Interessanti wieħed jinnota li l-iżgħar parteċipant f’dan il-konkors kellu ħdax-il sena.

Il-ġurija li għarblet it-testi kienet magħmula minn Norbert Ellul Vincenti. Maria Pace u Pauline Miceli. Matul is-serata Dr Ġorġ Mallia, President tal-KNK, spjega fid-dettall l-iskema kif ħadmet il-ġurija.

It-testi rebbieħa ta’ dan il-konkors kienu tnejn u ż-żewġ rebbieħa tqiesu fi grad indaqs ta’ rebħ. Dawn kienu Kliem ir-Riħ miktub minn Simon Bartolo u Inżul ix-Xemx ta’ Rita Saliba. Il-kittieba rebbieħa ingħataw 1000 Ewro u trofew kull wieħed. It-trofew inħadmu għand l-Imdina Glass.

Ingħata wkoll premju speċjali lil Rene A. Cilia li ħa l-premju tal-awtur żagħżugħ li pproduċa manuskritt li pprometta fil-konkors imma li ma jkunx ħa wieħed miż-żewġ premjijiet ewlenin.

Il-fażi li jmiss issa hi li fi ftit jiem oħra tinfetaħ sejħa għall-espressjoni ta’ interess mill-pubblikaturi biex iż-żewġ manuskritti rebbieħa jinbidlu f’kotba. Is-Segretarjat Parlamentari ser ikun qed jissusidja parti mhux ħażin mill-ispejjeż tal-proġett.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s