Ċensiment dwar l-Attendenzi tal-Quddies

Ftit tal-ġimgħat ilu Discern ippubblikaw iċ-Ċensiment tal-AttendenzI tal-Quddies tal-Ħdud. Din ir-riċerka kienet saret fil-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex fl-2005.

L-Arċidjoċesi Maltija u d-Djoċesi Għawdxija iħossu, ġustament, li dan l-eżerċizzju huwa importanti biex jifhmu s-sinjali taż-żminijiet u biex fuq kollox janalizzaw kif il-poplu qed iħares lejn il-laqgħa mal-Mulej u s-sagrament Ewkaristiku. Għan-nisrani, il-quddies hija iktar minn sempliċiment preċett u dan l-istudju irid ikun inkwadrat f’dan id-dawl ukoll.

Dan hu r-raba’ darba li dan iċ-ċensiment ittieħed f’Malta u hekk żgur li issa għandna idea tajba ta’ x’effetti qed tħalli s-sekularizazzjoni fuq is-soċjetà tagħna. Fuq kollox, fil-fehma tiegħi, iċ-ċensiment jikkonferma li l-Knisja mhix qed tħaddem biżżejjed il-metodi moderni biex tasal għand il-poplu. Għal xi wħud il-Liturġija hija biex nissellef frażi fl-introduzzjoni tas-soċjologu Joe Inguanez titwiba kbira.

Il-Knisja matul iż-żminijiet, speċjalment wara l-episodji tal-ħamsinijiet u s-sittinijiet tas-seklu 20 – għalkemm it-tletinijiet ma jagħmluhomx għajb – għaddiet minn diversi sitwazzjonijiet fejn il-membri mgħammdin tagħha ma baqgħux ibaxxu rashom għal kulma tgħid hi u ħolqu azzjonijiet li kienu f’kunflitt mat-tagħlim tagħha. L-indħil fil-politika, għal taqsima mhux ħażin tal-poplu, mhux aċċettabli bħalma mhux aċċettabli għalihom li l-Istat jindiehes mal-Knisja.

Mil-lat l-ieħor, niżbaljaw jekk ma nirrikonoxxux is-sehem li l-Knisja tat fil-filantropija u l-qasam soċjali jew fit-tħaddim tal-lingwa Maltija u l-edukazzjoni tal-poplu.

Meta tqis il-kobor ta’ dan iċ-ċensiment, wieħed jifhem ix-xogħol kbir li hemm biex tkun ikkompilata din l-istatistika. In-numri jibqgħu numri u jħallu lok għal diversi interpretazzjonijiet. Hawn nin, mhux wieħed u tnejn illum, li jsostni li jmmen f’Alla imma ma jirfisx l-għatba tal-Knisja. Hawn min għadu jġorr l-iskaldi tas-sittinijiet u minkejja li għadda tant żmien baqa’ biered u l-passat qatt ma nsieh. U dawn mhux ser jidhru f’din l-istatistika.

Forsi l-punti l-iktar interessanti li joħorġu minn dan l-istudju huwa li l-attendenza f’Malta tal-quddies fl-2005 kienet ta’ 51% waqt li f’Għawdex 72%. Wieħed minn kull ħamsa ta’ dawk li jisimgħġu l-quddies fiż-żewġ gżejjer huwa pensjonanti. L-istess statistika hi valida fejn jidħlu l-istudenti; sew jekk jattendu l-iskola primarja/sekondarja jew l-università. L-iktar kategorija li tattendi l-quddies huma dik tal-miżżewġin.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s