Illejla jitħabbru r-Rebbieħa tal-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ

Illejla, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagh, Kultura u Sport l-Onor. Clyde Puli u Dr Ġorġ Mallia f’isem il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fis-7 p.m., ser iħabbru r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ.

L-għan ta’ dan il-konkors kien biex jixpruna letteratura għaż-żgħażagħ miktuba bil-Malti li f’pajjiżna hija nieqsa ħafna. Hu ttammat li dan il-konkors isir parti mill-kalendarju tal-pajjiż u hekk fuq numru ta’ snin jibni librerija interessanti ta’ kotba ta’ dan il-ġeneru. B’kollox, daħlu 28 manuskritt.

It-testi rebbieħa ta’ dan il-konkors se jkunu tnejn u ż-żewġ rebbieħa se jitqiesu fi grad indaqs ta’ rebħ. Il-kittieba rebbieħa se jingħataw 1000 Ewro u trofew kull wieħed. Se jingħata wkoll premju speċjali lil dak l-awtur żagħżugħ li jkun ipproduċa manuskritt li jipprometti fil-konkors imma li ma jkunx ħa wieħed miż-żewġ premjijiet ewlenin.

Il-fażi li jmiss issa hi li tinfetaħ sejħa għall-espressjoni ta’ interess mill-pubblikaturi biex iż-żewġ manuskritti rebbieħa jinbidlu f’kotba. Is-Segretarjat Parlamentari ser ikun qed jissusidja parti mhux ħażin mill-ispejjeż tal-proġett.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s