Ahbar dwar Kittieb/Akkademiku
Fr Mark Montebello għal Ruma…
L-Arċisqof jinsisti li jittieħdu passi kontra tiegħu
minn john pisani

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=9230

L-Arcisqof ta’ Malta, Pawlu Cremona O.P., allegatament insista li jittieħdu passi kontra Fr Mark Montebello mill-Kap tal-Ordni Dumnikana f’Ruma.

Sorsi qrib il-Kurja tal-Arċis-qof qalu lit-TORĊA li Mons Cremona talab lill-Provinċjal tad-Dumnikani f’Malta biex jieħu passi kontra Fr Mark b’konnessjoni ma’ diversi kitbiet li għamel fil-ġurnali fosthom dwar id-diviorzju u l-pedofelija. Barra minn hekk jidher li l-Arċisqof ma tantx niżlitlu tajjeb id-difiża li Fr Mark għamel favur in-Niġerjan Monday Iseki ta’ 33 sena fejn qam battibekk bejn Fr Mark u l-Korp tal-Pulizija dwar kif seħħew il-fatti.

L-istess sorsi qalulna li meta l-Arċisqof ra li hawn Malta baqa’ ma sar xejn, kiteb lill-Majjistru tal-Ordni tad-Dumnikani, Carlos Alfonso Azpiroz Costa, biex jinvestiga l-atteġġjament ta’ Fr Mark. Sorsi minn Ruma fil-fatt ikkonfermawlna li l-Majjistru tad-Dumnikani bagħat għal Fr Mark Montebello biex ikellmu personalment lejn l-aħħar ta’ Marzu.

Ikkuntattjat minn din il-gazzetta fejn tlabnieh għall-kummenti tiegħu, Fr Mark qalilna li fil-pożizzjoni li qiegħed fiha jippreferi ma jikkummentax. Staqsejnih jekk jiċħadx jew jikkonfermax li se jidher quddiem il-Kap tal-Ordni Dumnikani f’Ruma fil-ġimgħat li ġejjin, is-saċerdot baqa’ jgħidilna l-istess u ċioè li ma jistax jikkummenta.

Is-sorsi tagħna f’Ruma qalulna li jekk il-Majjistru tad-Dumnikani jsib li Fr Mark qabeż il-limitu tal-opinjoni tiegħu fil-pubbliku, allura jista’ jordnalu biex iżomm silenzju fil-kitba tiegħu kif ukoll kummenti fil-pubbliku u fil-midja għal perjodu ta’ żmien. Min-naħa l-oħra l-Provinċjal ta’ Malta jista’ jissospendi lil Fr Mark mis-saċerdozju wkoll għal xi perjodu ta’ żmien.

Għalkemm il-laqgħa uf-fiċjali li se jkollu Fr Mark f’Ruma mal-ogħla mexxej tad-Dumnikani hija fuq bażi ta’ diskussjoni dwar l-imġiba fuq allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu, persuni qrib id-Dumnikani qalulna li l-fatt li jistgħu jittieħdu passi kontra Fr Mark, din il-laqgħa tista’ titqies daqs li kieku se jitressaq quddiem “qorti tad-Dumnikani”.

pisani.journalist@gmail.com

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s