In-Nannu nesa x’Jisimni

Ftit tal-ġimgħat ilu, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità Mario Galea u l-Ministru tal-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja Dolores Cristina, niedew fi skola f’Marsaxlokk, il-ktieb In-Nannu nesa x’Jisimni miktub minn Trevor Żahra. Il-ktieb għandu disinji ta’ C.S. Lawrence.

L-għan tal-proġett hu biex it-tfal ikollhom tagħrif dwar id-dimensja. Id-dimensja llum hija realtà li ma nistgħux naħarbu minnha. Din il-kundizzjoni jew biex nippreċiżaw marda taffetwa l-moħħ. Hemm diversi sintomi riżultat tagħha. Min ibati biha jibda jinsa l-uċuħ u l-ismijiet tan-nies; paradossalment anki ta’ dawk l-aktar għeżież għalihom. Fost ir-riżultati tal-marda, jaf jiġri li l-pazjent jibda jinsa anki x’għandu jilbes. Jista’ jinsa wkoll iż-żmien li jkun qed jgħix fih u jibda jirrakkonta dak li seħħ fil-passat.

Żahra jlaqqgħana mal-familja ta’ Jake u Moira li nannuhom Freddie jimrad bid-dimensja. Il-ktieb hu miktub bi stil sempliċi, għalkemm mhux sempliċistiku u joffri opportunità lit-tfal biex ikabbru l-bagalja ta’ tagħrif tagħhom dwar din il-marda u fuq kollox dwar kif għandha tkun l-attitudni tagħhom. L-awtur iħallat il-fittizju mal-mhux fittizju u joħroġ perfett min-nassa li ktieb bħal dan ikun didattiku biss jew sensiela ta’ fatti mediċi.

Jalla jkollna iktar kotba ta’ dan it-tip.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s